1Kif niżel minn fuq il-muntanja, folol kbar marru warajh.
2U resaq fuqu wieħed lebbruż, inxteħet quddiemu u qallu, “Mulej, jekk trid, tista’ tfejjaqni.”
3Ġesù medd idu fuqu, messu u qallu: “Irrid; kun imfejjaq.” U minnufih ġismu ndaf mil-lebbra.
4U qallu Ġesù: “Qis li ma tgħid lil ħadd; iżda mur uri ruħek lill-qassis u agħmel l-offerta li ordna Mosè, biex hekk tagħti xhieda li inti fiqt.”Ġesù jfejjaq il-qaddej ta’ ċenturjun(Lq 7,1-10; Ġw 4,46-53)
5Daħal Kafarnahum, u resaq fuqu wieħed ċenturjun jitolbu bil-ħerqa jitkeċċew ’il barra fid-dlam; hemmhekk ikun hemm il-biki u t-tgħażżiż tas-snien!”Ġesù jfejjaq ħafna nies(Mk 1,29-34; Lq 4,38-41)
14Ġesù mar fid-dar ta’ Pietru, u ra li omm il-mara ta’ Pietru kienet mixħuta bid-deni.
u tgħabba bil-mard tagħna.” X’jistenna Ġesù mid-dixxipli tiegħu(Lq 9,57-62)
18Meta ra ruħu mdawwar b’ħafna nies, Ġesù ordna li jaqsmu għax-xatt l-ieħor., u tnejn min-nies, maħkumin mix-xitan, ħarġu mill-oqbra u resqu fuqu. Kienu qliel wisq; ħadd ma kien jista’ jgħaddi bihom minn dik it-triq.
29U nfexxew jgħajtu u jgħidu: “Aħna x’għandna x’naqsmu, Bin Alla? Ġejt hawn biex taħqarna qabel iż-żmien?”Mk 1,24; Lq 4,34.
30Mela ftit ’il bogħod minnhom kien hemm merħla kbira ta’ ħnieżer tirgħa.
31U x-xjaten talbu ħafna lil Ġesù u qalulu: “Jekk toħroġna, ibgħatna fil-merħla tal-ħnieżer.”
32“Morru,” qalilhom. Imbagħad ħarġu, u daħlu fil-ħnieżer, u l-merħla kollha nxteħtet mill-għoli tax-xaqliba għal ġol-baħar u nqerdet fl-ilma.
33Ir-ragħajja ħarbu u marru l-belt ixerrdu l-aħbar ta’ kollox u ta’ kulma kien għadda minn għala l-imxajtna.
34U l-belt ħarġet bi ħġarha għal ħdejn Ġesù u kif rawh, bdew jitolbuh ħafna biex jibqa’ sejjer ’il barra minn pajjiżhom.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.