1Il-Mulej kellem lil Mosè: “Mur għand il-Fargħun u għidlu: ‘Hekk jgħid il-Mulej, Alla tal-Għebrej: Itlaq lill-poplu tiegħi ħalli jagħtini qima.
2Għaliex jekk inti ma tridx titlaqhom u tibqa’ żżommhom,
3id il-Mulej tinżel fuqek u ġġiblek pesta qalila fuq l-imrieħel tiegħek li hemm fir-raba’, u ż-żwiemel, il-ħmir, l-iġmla, il-baqar u n-nagħaġ.
27Il-Fargħun bagħat għal Mosè u Aron, u qalilhom: “Din id-darba għandi ħtija. Il-Mulej għandu raġun, u jien u l-poplu tiegħi huma l-ħatja.
28Itolbu lill-Mulej, għax kien hawn biżżejjed ragħad ta’ Alla u silġ; jien nitlaqkom u ma toqogħdux aktar hawn.”
29U Mosè wieġbu: “Malli noħroġ mill-belt ngħolli idejja lejn il-Mulej; ir-ragħad jieqaf, u s-silġ ma jinżilx aktar, biex tkun taf li l-art hi tal-Mulej.Dt 10,14; S 24,1.
30Iżda jien naf li int u l-qaddejja tiegħek għadkom ma tibżgħux mill-Mulej Alla.”
31Il-kittien u x-xgħir tħarbtu, għaliex ix-xgħir kien bis-sbul u l-kittien kien bl-inwar.
32Imma l-qamħ u l-ġulbiena ma ġralhom xejn, għax dawn isiru fl-aħħar.
33Mosè telaq minn quddiem il-Fargħun, u ħareġ mill-belt, u għolla idejh lejn il-Mulej, u waqaf ir-ragħad; u s-silġ u x-xita ma niżlux aktar fuq l-art.
34Malli l-Fargħun ra li x-xita u r-ragħad u s-silġ waqfu, kompla jidneb u webbes qalbu, hu u l-qaddejja tiegħu.
35U qalb il-Fargħun twebbset, u ma telaqx lil ulied Iżrael - kif kien qal il-Mulej permezz ta’ Mosè.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.