ĠOŻWÈ 15 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 15Sehem it-tribù ta’ Ġuda

1U x-xorti waqgħet fuq it-tribù ta’ wlied Ġuda, skont il-familji tagħhom, u messithom l-art in-naħa ta’ Edom fid-deżert ta’ Sin, fit-tarf tan-Negeb.

16U Kaleb qal: “Min jaħbat għal Kirjat-sefer u jeħodha, nagħtih lil binti Għaksa b’martu.”

17U ħadha Għotnijel bin Kenaż, ħu Kaleb, u dan tah ’il bintu Għaksa b’martu.”

18Hi u sejra ġagħlitu jitlob għalqa lil missierha; qabżet minn fuq il-ħmar u Kaleb staqsieha: “Xi ġralek?”

19U hi wieġbet: “Agħtini xi rigal għax art niexfa kulma tajtni, agħtini għallinqas għajn ta’ ilma.” U taha l-għejun ta’ fuq u l-għejun ta’ isfel.

20Dan kien sehem it-tribù ta’ wlied Ġuda skont il-familji tagħhom.

21L-ibliet tat-tribù ta’ wlied Ġuda, in-naħa tal-fruntiera ta’ Edom fin-Negeb, kienu dawn: Kabsel, Għeder, Ġagur,

22Kina, Dimona, Għadgħada,

23Kedes, Ħasor, Ġitnan,

24Żif, Telem, Begħalot,

25Ħasor-ħadatta, Kirjot-ħesron, li hi Ħasor,

26Amam, Sema, Molada,

27Ħasar-gadda, Ħesmon, Bet-pelet,

28Ħasar-sugħal, Birsaba, Biżjotija,

29Bagħala, Għajjim, Għesam,

30Eltolad, Kesil, Ħorma,

31Siklag, Madmanna, Sansanna,

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help