1Ulied Iżrael kienu fl-ibliet tagħhom imma meta wasal is-seba’ xahar il-poplu kollu nġabar flimkien fil-misraħ ta’ quddiem Bieb l-Ilma, u talbu lil Esdra l-iskriba biex iġib il-Ktieb tal-Liġi ta’ Mosè li l-Mulej kien ta lil Iżrael.
9Imbagħad il-gvernatur, Esdra, il-qassis u skriba, u l-Leviti li kienu qegħdin jgħallmu lill-poplu, qalu lin-nies kollha: “Dan hu jum qaddis, ikkonsagrat lill-Mulej Alla tagħkom. Titnikktux u tibkux!” Għax il-poplu kollu kien infexx jibki meta sama’ kliem il-Liġi.
10U żiedu jgħidulhom: “Morru u kulu laħam imsemmen u ixorbu nbid ħelu, u lil dak li ma ħejjewlu xejn ibagħtulu sehem minn dak li għandkom. Dan hu jum qaddis għall-Mulej. La ssewdux qalbkom, għax il-ferħ tal-Mulej il-qawwa tagħkom.”Est 9,19.
11U l-Leviti komplew iqawwu qalb il-poplu u jgħidulu: “Isktu! Dan hu jum qaddis. La ssewdux qalbkom.”
12Imbagħad il-poplu kollu telaq biex jiekol u jixrob, u jibgħat jaqsam ma’ ħaddieħor, u biex jagħmel festa b’ferħ kbir, għax kien fehem dak kollu li kienu għallmuh.
13Fit-tnejn tax-xahar, imbagħad, iltaqgħu għand Esdra l-iskriba, il-kapijiet tal-familji tal-poplu kollu, il-qassisin, u l-Leviti, biex jistudjaw kliem il-Liġi.
14U sabu miktub fil-Liġi li l-Mulej kien ordna permezz ta’ Mosè li nhar il-festa tas-seba’ xahar ulied Iżrael għandhom jgħammru fl-għerejjex,Eż 23,14; Lev 23,33-43.
15u li għandhom isemmgħu u jwasslu leħenhom fl-ibliet kollha u f’Ġerusalemm, u jgħidu: “Oħorġu lejn il-muntanji, u ġibu friegħi taż-żebbuġ, friegħi tal-arżnu, friegħi tar-riħan, friegħi tal-palm, u friegħi ta’ siġar li jagħmlu ħafna weraq, ħa tibnu għerejjex skont ma hu miktub.”S 118,27.
16U l-poplu kollu ħareġ u ġieb il-friegħi, u kulħadd bena għerejjex: fuq il-bjut, fil-btieħi, fil-btieħi tat-tempju ta’ Alla, fil-misraħ ta’ quddiem Bieb l-Ilma, u fil-misraħ ta’ quddiem Bieb Efrajm.
17Il-ġemgħa kollha li kienet reġgħet lura mill-eżilju bniet għerejjex, u għammret fihom; ulied Iżrael ma kinux għamlu dan sa minn żmien Ġożwè bin Nun sa dakinhar. U kien hemm ferħ kbir.
18U Esdra kien jaqra kuljum mill-Ktieb tal-Liġi ta’ Alla, mill-ewwel jum sal-aħħar jum taċ-ċelebrazzjonijiet. Għamlu festa għal sebat ijiem, u fit-tmien jum iltaqgħu flimkien skont ma hu preskritt.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.