1Jiena, Pawlu, nitlobkom f’ġieħ l-umiltà u l-ħlewwa kollha ta’ Kristu - jien, li jien umli meta nkun fostkom, u qalbieni meta nkun ’il bogħod minnkom -
7Intom qegħdin tħarsu fil-wiċċ. Jekk xi ħadd jaħseb li hu ta’ Kristu, ħa jaħseb ftit fih innifsu, għax aħna ta’ Kristu bħalma hu hu.
8Jekk ikolli niftaħar xi ftit iżżejjed bis-setgħa tagħna, is-setgħa li tana l-Mulej, biex nibnukom u mhux biex inġarrfukom, ma jkollniex għax nistħu. li aħna l-istess, sew fil-kelma tal-ittri sew f’għemilna meta nkunu fostkom.
12Aħna ma nissugrawx niddaqqsu jew nitqabblu ma’ dawk li jiftaħru bihom infushom. Meta dawn iqisu ruħhom bihom infushom u jqabblu lil ruħhom magħhom infushom ikunu bla moħħ.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.