ĠEREMIJA 32 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 32Ġeremija jixtri għalqa

1Il-kelma li ġiet ’il Ġeremija mingħand il-Mulej fl-għaxar sena ta’ Sedekija, sultan ta’ Ġuda, it-tmintax-il sena ta’ Nabukodonosor.

6U Ġeremija qal: “Ġietni l-kelma tal-Mulej u qalli:

7Ara! Ħanamel bin Sallun, zijuk, ġej għandek biex jgħidlek: ‘Ixtri għalik l-għalqa tiegħi li hemm f’Għanatot, għax int għandek id-dritt li tixtriha u tifdiha.’ ”

8U ġie għandi Ħanamel, bin zijuwi, bħalma kien qalli l-Mulej, fil-bitħa tal-għassa u qalli: “Ixtri l-għalqa tiegħi li hemm f’Għanatot li tiġi fl-art ta’ Benjamin, għax int għandek id-dritt tal-proprjetà u tifdiha. Ixtriha!” U għaraft li kienet il-kelma tal-Mulej.

9U xtrajt l-għalqa mingħand Ħanamel, bin zijuwi, li kienet f’Għanatot, u wiżintlu l-flus, sbatax-il xekel tal-fidda.

10U mbagħad ktibt il-kuntratt u ssiġillajtu, sejjaħt ix-xhieda u wiżint il-flus fil-miżien.

11U ħadt il-kitba tax-xiri ssiġillata li kien fiha l-ftehim u l-kundizzjonijiet, u l-kopja miftuħa.

12U tajt dan il-kuntratt tax-xiri lil Bàruk bin Nerija, bin Maħseja, quddiem Ħanamel bin zijuwi, u quddiem ix-xhieda, li kienu ffirmaw dan il-kuntratt tax-xiri, u quddiem il-Lhud kollha li kienu qegħdin fil-bitħa tal-għassa.

36“Issa għalhekk: Dan jgħid il-Mulej Alla ta’ Iżrael, dwar din il-belt, li intom qegħdin tgħidu li se tintreħa f’idejn is-sultan ta’ Babilonja bix-xabla, bil-ġuħ u bil-pesta:

37‘Arawni, jien niġborhom mill-artijiet kollha li fihom xerridthom fl-għadab tiegħi, fis-saħna u l-qilla kbira tiegħi, u nġibhom lura f’dan il-post, u nagħmel li jgħammru fiż-żgur b’moħħhom mistrieħ.

42“Għax dan jgħid il-Mulej: ‘Kif ġibt fuq dan il-poplu din il-ħsara kollha, hekk issa għad inġib fuqhom il-ġid kollu li jien wegħedthom.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help