1U daħal isaltan floku Ġosafat, ibnu; u rama ruħu kontra Iżrael.
7Fit-tielet sena tas-saltna tiegħu bagħat lill-prinċpijiet tiegħu Benħajil, Għobadija, Żakkarija, Natanjel u Mika, biex jgħallmu fl-ibliet ta’ Ġuda.
8U magħhom il-Leviti Semajja, Netanija, Żebadija, Għaxajel, Semiramot, Ġonatan, Adonija, Tobija, Tobadonija, u magħhom il-qassisin Elisama u Ġeħoram.Il-qawwa ta’ Ġosafat
10Ġara li l-biża’ tal-Mulej ħakem is-saltniet kollha tal-artijiet kollha ta’ madwar Ġuda, u ħadd ma kien miġġieled ma’ Ġosafat.
11U saħansitra minn fost il-Filistin kienu jġibu lil Ġosafat rigali u fidda bħala tribut; u l-Għarab ukoll kienu jġibulu mrieħel sħaħ; sebat elef u seba’ mitt muntun, u sebat elef u seba’ mitt bodbod.
12Hekk Ġosafat baqa’ dejjem jikber u jogħla. U bena f’Ġuda fortizzi u bliet għall-imħażen.
13U kellu ħażniet kbar fl-ibliet ta’ Ġuda, u gwerriera qalbiena f’Ġerusalemm.
14U dan hu l-għadd tagħhom skont djar missirijiethom. Mit-tribù ta’ Ġuda l-kmandanti tal-eluf kienu: il-kmandant Għadna bi tliet mitt elf gwerrier qalbieni miegħu;
15u warajh il-kmandant Ġeħoħanan b’mitejn u tmenin elf ruħ miegħu;
16warajh Amasija bin Żikri li ta ruħu lill-Mulej minn rajh b’mitejn elf gwerrier qalbieni miegħu.
17Mit-tribù ta’ Benjamin: Eljada, gwerrier qalbieni, b’mitejn elf ruħ armati bil-qaws u t-tarka.
18Warajh Ġeħożabad b’mija u tmenin elf armati għall-gwerra.
19Dawn kienu fis-servizz tas-sultan barra dawk li kienu mqassma mis-sultan fl-ibliet iffortifikati mal-art kollha ta’ Ġuda.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.