1 MAKKABIN 4 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 4

1Gorġja ħa miegħu ħamest elef fanterija u elf kavallier magħżula, u l-istakkament telaq billejl

2biex jintefgħu fuq il-kamp tal-Lhud u jaħbtu għalihom għal għarrieda: xi nies mill-Akra kienu juruhom it-triq.; u nqerdu minnhom xi tlitt elef raġel.

16Meta Ġuda raġa’ lura bl-eżerċtu tiegħu mill-ġiri warajhom

17qal lill-poplu: “Tfittxux il-priża, għax hemm battalja oħra lesta għalina.

18Gorġja bl-eżerċtu tiegħu fuq l-għoljiet hu qribna. Mela issa żommu sħiħ kontra l-għedewwa tagħna u ġġildulhom, u wara dan ħudu l-priża b’moħħkom mistrieħ.”

19Kien għadu jitkellem meta dehret qatgħa suldati jitkixxfu minn fuq l-għolja.

20U raw li sħabhom kienu ħarbu, u l-kamp mogħti n-nar, għax id-duħħan li raw kien biżżejjed biex jurihom x’kien ġara.

21Malli raw dan qabadhom biża’ kbir, u xħin intebħu bl-eżerċtu ta’ Ġuda fil-wita lest għal taqbida

22ħarbu lkoll lejn art il-Filistin.

23Imbagħad Ġuda raġa’ lura għall-priża fil-kamp, u ħadu ħafna deheb u fidda, drapp ta’ lwien vjola, qroll u ġid kbir.

24Huma u rieġgħa lura bdew ikantaw u jfaħħru s-sema “għax hu tajjeb u l-ħniena tiegħu għal dejjem.”

25Kienet rebħa kbira għal Iżrael dakinhar.

Il-battalja ta’ Betsur (164 QK)

26Dawk il-barranin li rnexxielhom isalvaw, marru għand Lisja u għarrfuh b’kulma kien ġara.; u Ġuda ħareġ għalihom b’għaxart elef ruħ.

30Kif ra l-qawwa tal-eżerċtu beda jitlob u jgħid: “Imbierek int, is-Salvatur ta’ Iżrael, li ġibt fix-xejn l-attakk tal-ġgant permezz ta’ David, il-qaddej tiegħek, u rħejt l-eżerċtu tal-Filistin f’idejn Ġonatan bin Sawl u t-tarkier tiegħu. tad-disa’ xahar, ix-xahar ta’ Kaslew, tas-sena 148.

53U offrew sagrifiċċju skont ma titlob il-Liġi fuq l-artal il-ġdid tas-sagrifiċċju tal-ħruq, li kienu għamlu..

60Dak iż-żmien bnew madwar l-għolja ta’ Sijon ħitan għolja u torrijiet qawwijin, biex ma jerġgħux jiġu l-Ġentili jitfgħuha taħt is-saqajn bħal qabel.

61Ġuda mbagħad ħalla l-għases biex iħarsuha; iffortifika wkoll Betsur, biex il-poplu jkollu fortizza biswit l-Idumija.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help