1Dan hu ktieb in-nisel ta’ Adam. Meta ħalaq Alla l-bniedem, fi xbieha ta’ Alla għamlu;, u wiled subien u bniet.
5U kienu l-jiem kollha li għex Adam disa’ mija u tletin sena; u mbagħad miet.
6U Set kellu mija u ħames snin meta wiled lil Enos.
7U wara li wiled lil Enos, Set għex tmien mija u seba’ snin oħra, u wiled subien u bniet.
8U kienu l-jiem kollha li għex Set disa’ mija u tnax-il sena; u mbagħad miet.
9U Enos kellu disgħin sena meta wiled lil Kenan.
10U wara li wiled lil Kenan, Enos għex tmien mija u ħmistax-il sena oħra, u wiled subien u bniet.
11U kienu l-jiem kollha li għex Enos disa’ mija u ħames snin; u mbagħad miet.
12U Kenan kellu sebgħin sena meta wiled lil Maħalel.
13U wara li wiled lil Maħalel, Kenan għex tmien mija u erbgħin sena oħra, u wiled subien u bniet.
14U kienu l-jiem kollha li għex Kenan disa’ mija u għaxar snin; u mbagħad miet.
15U Maħlalel kellu ħamsa u sittin sena meta wiled lil Ġared.
16U wara li wiled lil Ġared, Maħlalel għex tmien mija u tletin oħra, u wiled subien u bniet.
17U kienu l-jiem kollha li għex Maħlalel tmien mija u ħamsa u disgħin sena; u mbagħad miet.
18U Ġared kellu mija u tnejn u sittin sena meta wiled lil Ħenok.
19U wara li wiled lil Ħenok, għex tmien mitt sena oħra, u wiled subien u bniet.
20U kienu l-jiem kollha li għex Ġared disa’ mija u tnejn u sittin sena; u mbagħad miet.
21U Ħenok kellu ħamsa u sittin sena meta wiled lil Matusala.
22U Ħenok kien jimxi ma’ Alla. U wara li wiled lil Matusala għex tliet mitt sena oħra, u wiled subien u bniet.
23U kienu l-jiem kollha li għex Ħenok tliet mija u ħamsa u sittin sena.
24U Ħenok kien jimxi sewwa ma’ Alla; u ma deherx aktar, għax ħadu Alla.
25U Matusala kellu mija u sebgħa u tmenin sena meta wiled lil Lamek.
26U għex Matusala wara li wiled lil Lamek seba’ mija u tnejn u tmenin sena, u wiled subien u bniet.
27U kienu l-jiem kollha li għex Matusala disa’ mija u disgħa u sittin sena; u mbagħad miet.
28U Lamek kellu mija u tnejn u tmenin sena meta wiled iben.
29U semmieh Noè għax qal: “Dan għad iserraħna mit-taħbit tagħna u mix-xogħol iebes ta’ idejna minħabba l-art misħuta mill-Mulej.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.