ĠENESI Ħarsa ħafifa lejn il-ktieb - Maltese Bible with DC

Ħarsa ħafifa lejn il-ktiebL-isem “Ġenesi” ġej minn kelma Griega li tfisser “il-bidu”, u dan il-ktieb hu eżattament dwar il-bidu: il-bidu tal-univers, il-bidu tal-bniedem, il-bidu tal-poplu ta’ Iżrael.L-ewwel taqsima tal-Ġenesi (kap 1—11) tgħidilna dwar il-ħolqien tad-dinja u tal-bniedem sas-sejħa ta’ Abraham. Dak kollu li Alla għamel kien tajjeb, imma l-ewwel bnedmin, imsemmija bl-ismijiet ta’ Adam u Eva, m’obdewhx u daħħlu l-ħażen fid-dinja. In-nies tant intrikbu mill-ħażen li Alla ddeċieda li jibgħat dilluvju biex jeqred lil kulħadd, ħlief lil Noè u l-familja tiegħu.Huma baqgħu jgħixu fis-sewwa u għalhekk Alla qalilhom jibnu dgħajsa kbira, li ngħidulha l-arka, biex isalvaw huma u r-razez tal-annimali. Wara d-dilluvju, il-bnedmin reġgħu tferrxu mal-inħawi tad-dinja, u għal darb’oħra waqfu jaduraw lil Alla.Il-bqija tal-ktieb tal-Ġenesi (kap 12—50) jirrakkonta l-ġrajja ta’ Abram u l-familja tiegħu. Alla għażilhom biex ikunu l-bidu tal-poplu speċjali tiegħu. Alla bidel l-isem ta’ Abram f’Abraham, u dak ta’ martu minn Saraj għal Sara. Abraham u Sara ma kellhomx ulied, imma Alla wegħedhom li se jkollhom iben u dawk li jitnisslu minnhom għad ikollhom l-art tagħhom u jkunu l-barka għall-ġnus kollha.Abraham u Sara telqu lejn Kangħan, li kienet l-art li Alla wiegħed li tkun ta’ nisilhom warajhom. Meta kienu anzjani sewwa, kellhom iben li semmewh Iżakk. Iżakk, imbagħad, kellu żewġ ulied subien, Ġakobb u Għesaw. It-tmiem tal-ktieb tal-Ġenesi jħallina bil-familja ta’ Ġakobb tgħix fl-Eġittu. Wieħed minn uliedu, Ġużeppi, laħaq gvernatur fl-Eġittu, imma hu dejjem emmen li Alla kien se jżomm kelmtu mal-poplu tiegħu.U Ġużeppi qal lil ħutu: “jien se mmut, u Alla għad iżurkom żgur u jtellagħkom minn din l-art lejn l-art li ħalef lil Abraham, lil Iżakk u lil Ġakobb (50,24).It-taqsim tal-ktiebIl-ħolqien tal-univers u l-bniedem (1,1—2,25)Il-bidu tad-dnub u t-tbatijiet (3,1-24)Minn Adam sa Noè (4,1—5,32)Noè u d-dilluvju (6,1—10,32)It-torri ta’ Babel (11,1-9)Minn Sem sa Abram (11,10-26)Il-Patrijarki: Abraham, Iżakk, Ġakobb (11,27—36,43)Ġużeppi u ħutu (37,1—45,28)Ulied Iżrael fl-Eġittu (46,1—50,26)
Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help