ĠOŻWÈ 18 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 18Sehem il-bqija tat-tribujiet

1Il-ġemgħa kollha ta’ Iżrael iltaqgħet u waqqfu t-tinda tal-laqgħa f’Silo. L-art kienet taħt il-ħakma tagħhom;

8U dawk l-irġiel qabdu u marru, u Ġożwè ordna lil dawk li marru jħożżu l-art fi ktieb u qalilhom: “Morru u duru l-art, u ħożżuha fuq ktieb, u erġgħu ejjew għandi, imbagħad jien intellgħalkom ix-xorti hawn f’Silo quddiem il-Mulej.”

9U l-irġiel marru u daru mal-art u niżżlu kollox fi ktieb, belt belt, f’seba’ oqsma. U marru għand Ġożwè fil-kamp f’Silo.

10U Ġożwè tellgħalhom ix-xorti f’Silo quddiem il-Mulej, u hemm qassam l-art lil ulied Iżrael skont l-oqsma tagħhom.

Sehem ulied Benjamin

11U telgħet ix-xorti tat-tribù ta’ Benjamin skont il-familji tagħhom, u messhom sehem bejn ulied Ġuda u wlied Ġużeppi.Ġen 49,27; Dt 33,12.

12Il-limiti tagħhom kienu jibdew fit-Tramuntana mill-Ġordan, u jibqgħu sejrin lejn il-ġnub ta’ Ġeriko, in-naħa tat-Tramuntana, u jitilgħu fuq il-muntanji fil-Punent u jispiċċaw fid-deżert ta’ Bet-awen.Ġoż 16,1.

13U minn hemm kienu jaqsmu għan-naħa tan-Nofsinhar għal ħdejn Luż, taħt ir-riħ ta’ Luż, jiġifieri Betel, u minn hemm kienu jinżlu għal Għatarot-addar għal fuq il-muntanja min-naħa t’isfel li tiġi biswit Betħoron t’isfel.Ġen 28,19; Ġoż 16,2-3.

14Imbagħad il-limiti kienu jinżlu u jduru ’l isfel għal ġenb il-baħar mill-muntanja quddiem Betħoron ’l isfel u jispiċċaw f’Kirjat-bagħal - li hi Kirjat-ġegħarim - belt ta’ wlied Ġuda. Din kienet in-naħa tal-Punent.

15Il-limiti tan-Nofsinhar kienu jibdew minn tarf Kirjat-ġegħarim u jieħdu lejn Efron, lejn l-għajn tal-ilma ta’ Neftuħa.

16U mbagħad jinżlu lejn tarf il-muntanji biswit il-wied ta’ Benħinnom, fil-wita ta’ Refajin fit-Tramuntana; jinżlu minn wied Ħinnom ’l isfel lejn in-naħa tal-Ġebusin, u jieħdu lejn Għajn-rogel.Ġoż 15,7-8.

17Imbagħad jilwu lejn it-Tramuntana, jgħaddu minn Għajn-xemex u jiġbdu lejn l-inħawi ta’ Gelilot, biswit it-telgħa ta’ Adummim, u jinżlu lejn il-blata ta’ Boħan bin Ruben.

18Imbagħad jgħaddu mill-ġenb biswit l-Għaraba;Ġoż 15,6.

19jgħaddu mill-ġenb ta’ Bet-ħogla lejn it-Tramuntana u jispiċċaw fl-ilsien tat-Tramuntana tal-Baħar il-Mielaħ, fit-tarf tan-Nofsinhar tal-Ġordan. Dawn huma l-limiti tan-Nofsinhar.

20Fuq in-naħa tal-Lvant il-limiti kienu l-Ġordan. Dan hu sehem Benjamin bil-limiti tiegħu dawramejt, skont il-familji tagħhom.

21L-ibliet tat-tribù ta’ Benjamin skont il-familji tagħhom kienu: Ġeriko, Bet-ħogla, Għemek-kesis,

22Bet-għaraba, Semarajm, Betel,

23Għawwim, Para, Għofra,

24Kefar-għammoni, Għofni, Geba; tnax-il belt bl-irħula tagħhom.

25Gibgħon, Rama, Birot,

26Misfe, Kefira, Mosa,

27Rekem, Irfel, Tarala,

28Sela, Elef, Ġebus, li hi Ġerusalemm, Gibgħat, Kirjat; erbatax-il belt bl-irħula tagħhom. Dan hu sehem Benjamin skont il-familji tagħhom.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help