2 SLATEN 22 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 22Ġosija sultan ta’ Ġuda

1Ġosija kellu tmien snin meta beda jsaltan, u saltan wieħed u tletin sena f’Ġerusalemm. Ommu kien jisimha Ġedida bint Għadajja, minn Boskat..” U Ħilkija ta l-ktieb lil Safan, u dan qrah.

9Safan, is-segretarju, mar għand is-sultan, wassallu r-risposta, u qallu: “Il-qaddejja tiegħek ġabru l-flus li sabu fit-tempju u tawhom f’idejn l-imgħallmin, li jieħdu ħsieb ix-xogħol fit-tempju tal-Mulej.”

10U Safan, is-segretarju, qallu wkoll: “Ħilkija, il-qassis, tani dan il-ktieb.” U Safan qrah quddiem is-sultan.

11Malli sama’ l-kliem tal-ktieb tal-liġi, is-sultan ċarrat ħwejġu.2 Kron 34,19-28.

12Imbagħad is-sultan ordna lil Ħilkija, il-qassis, lil Aħikam bin Safan, u lil Għakbor bin Mikija, lil Safan, is-segretarju, u lil Għaxajja, qaddej tas-sultan, u qalilhom:

13“Morru staqsu ’l-Mulej għalija, u għall-poplu, u għal Ġuda kollu dwar il-kliem li hawn f’dan il-ktieb li nstab, għax kbira hi l-korla tal-Mulej li xegħlet għalina, għax missirijietna ma semgħux minn kliem dan il-ktieb, u ma għamlux kulma hawn miktub fih għalina.”

14U Ħilkija, il-qassis, u Aħikam u Għakbor u Safan u Għaxajja marru għand Ħulda, il-profetessa, mart Sallum bin Tikwa, bin Ħarħas, li kien jieħu ħsieb l-ilbies. Kienet toqgħod fit-tieni kwartier ta’ Ġerusalemm. Meta kellmuha

15qaltilhom, “Dan jgħid il-Mulej, Alla ta’ Iżrael: ‘Għidu lil min bagħatkom għandi:

16Dan jgħid il-Mulej: Arawni, se nġib il-ħsara fuq dan il-post, u fuq kull min jgħammar fih; il-kliem kollu li s-sultan ta’ Ġuda qara f’dan il-ktieb,

17għax huma telquni biex ħarqu l-inċens lil allat oħra, u inkurlawni b’kulma għamlu idejhom, u jixgħel għadbi għal dan il-post, u ma jintefiex.’

18U lis-sultan ta’ Ġuda li bagħatkom tistħarrġu lill-Mulej dan tgħidulu: ‘Dan jgħid il-Mulej, Alla ta’ Iżrael: Dwar il-kliem li int smajt,

19billi trattbet qalbek u umiljajt ruħek quddiem il-Mulej meta smajt x’għedt dwar dan il-post u dwar dawk li jgħammru fih, jiġifieri, li jkunu ta’ biża’ u ta’ saħta; talli int ċarratt ħwejġek u bkejt quddiemi, jien ukoll smajtek. Oraklu tal-Mulej.

20‘Arawni, għalhekk jien niġbrok ma’ missirijietek, u tinġabar f’qabrek bis-sliem. U għajnejk ma jarawx il-ħsara kollha li se nġib fuq dan il-post.’ ” U wasslu dan il-kliem lis-sultan.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help