1 SLATEN 6 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 6

1Fis-sena erba’ mija u tmenin wara l-ħruġ ta’ wlied Iżrael mill-Eġittu, fir-raba’ sena tas-saltna ta’ Salamun fuq Iżrael, fix-xahar ta’ Żiwi, it-tieni xahar, Salamun beda jibni t-tempju tal-Mulej.

2It-tempju li bena s-sultan Salamun lill-Mulej kien sittin driegħ twil, u għoxrin wiesa’, u tletin driegħ għoli.

3U l-portiku quddiem is-santwarju kien għoxrin driegħ twil, skont il-wisa’ tat-tempju, u għaxart idriegħ fond għal quddiem it-tempju.

4U fetaħ ukoll twieqi bil-gradi fil-ħitan tal-ġnub.

5U tella’ wkoll mal-ħajt tat-tempju bini safef safef, madwar il-korsija u s-santwarju, u għamel kmamar dawramejt.

6Is-saff ta’ taħt wiesa’ ħamest idriegħ, tan-nofs sitt idriegħ wiesa’; u t-tielet wieħed sebat idriegħ wiesa’, għax kien bena l-ħajt ta’ madwar it-tempju tarġa tarġa, minn barra dawramejt, biex it-travi ma jaqbdux mal-ħitan tat-tempju.

7- Meta nbena t-tempju, inbena b’ġebel maqtugħ u minġur fil-barriera; u la mterqa u lanqas mannara, u ebda għodda oħra, ma kienet tinstama’ waqt il-bini tat-tempju. -

8Il-bieb għall-kmamar t’isfel kien fuq il-ġenb tal-lemin tat-tempju, u mbagħad kont titla’ minn garigor għas-saff tan-nofs, u minn tan-nofs għat-tielet wieħed.

9Meta mbagħad temm il-bini tat-tempju, saqqfu bi travi u twavel taċ-ċedru.

10U l-bini tal-ġnub madwar it-tempju kollu bnieh kull saff ħamest idriegħ għoli u għaqqad kollox mat-tempju bi travi taċ-ċedru.

11U waslet il-kelma tal-Mulej lil Salamun:

12“Din id-dar li int qiegħed tibni - jekk inti timxi skont il-kmandamenti tiegħi, u tagħmel id-digrieti tiegħi, u tħares l-ordnijiet kollha tiegħi, u timxi fuqhom, jien inżomm miegħek il-wegħda li jien għamilt lil missierek David -It-tempju minn ġewwa

14U Salamun bena t-tempju u temmu.

15Kesa l-ħitan tad-dar minn ġewwa bit-twavel taċ-ċedru, mill-qiegħa tat-tempju sat-travi tas-saqaf, ksieh bit-twavel minn ġewwa; u l-qiegħa tat-tempju ksieha biċ-ċipress., biex iqiegħed fih l-arka tal-patt tal-Mulej.

20Is-santwarju kien għoxrin driegħ twil, għoxrin driegħ wiesa’ u għoxrin driegħ għoli; u ksieh b’deheb mill-ifjen. U għamel artal taċ-ċedru.

21U Salamun kesa t-tempju minn ġewwa b’deheb mill-ifjen u dendel velu b’ħoloq tad-deheb quddiem is-santwarju u ksieh bid-deheb.

22It-tempju kollu ksieh bid-deheb, it-tempju kollu kemm hu; u l-artal ta’ quddiem is-santwarju ksieh kollu bid-deheb.

23U għamel żewġ kerubini taż-żebbuġ għas-santwarju, kull wieħed għaxart idriegħ għoli., poġġew il-pedamenti tat-tempju tal-Mulej;

38u fil-ħdax-il sena, fix-xahar ta’ Bul, it-tmien xahar tas-sena, it-tempju kien mibni fil-partijiet kollha tiegħu, u f’kulma kienet titlob il-pjanta. Hekk Salamun it-tempju bnieh f’seba’ snin.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help