1U ġara li, fis-seba’ xahar, ġie Ismagħel bin Netanija, bin Elisama, minn nisel is-slaten u l-kbarat tas-sultan, u għaxra min-nies miegħu, għand Gedalija bin Aħikma, f’Misfa, u lkoll flimkien kielu l-ħobż f’Mifsa..
8Fosthom kien hemm għaxart irġiel, u dawn qalu lil Ismagħel: “La toqtolniex, għax għandna moħbija fir-raba’ ħażniet ta’ qamħ, xgħir, żejt u għasel.” U hu waqaf u ma qatilhomx ma’ ħuthom.
9U l-ġiebja, li fiha Ismagħel xeħet l-iġsma mejta tan-nies li qatel, kienet il-ġiebja l-kbira li kien ħaffer is-sultan Asa minħabba Bagħsa, sultan ta’ Iżrael. Din il-ġiebja Ismagħel bin Netanija mlieha bil-maqtulin.
10Ismagħel imbagħad qabad b’ilsiera n-nies li kien fadal mill-poplu, li kien hemm f’Misfa - il-bniet tas-sultan u l-bqija tal-poplu li kien f’Mifsa, li Nabużaradan, kmandant tal-għases, kien ħalla f’idejn Gedalija bin Aħikam.
Ismagħel bin Netanija qabadhom b’ilsiera u telaq biex jgħaddi għal għand ulied Għammon.
Ġoħanan iħarbat lil Ismagħel11Ġoħanan bin Kareħa, u l-fizzjal tan-nies armati li kellu miegħu, semgħu bil-ħsara kollha li kien għamel Ismagħel bin Netanija.
12Ġabru n-nies kollha tagħhom, u marru jaħbtu għal Ismagħel bin Netanija, u sabuh ħdejn l-għadira l-kbira ta’ Gibgħon.
13Ġara li malli n-nies li kienu ma’ Ismagħel raw lil Ġoħanan bin Kareħa, u l-fizzjali kollha tal-eżerċtu miegħu, ferħu.
14U n-nies kollha, li Ismagħel kien qabad b’ilsiera minn Misfa, daru u telqu għal ma’ Ġoħanan bin Kareħa.
15Imma Ismagħel bin Netanija, bi tmienja min-nies li kellu miegħu, ħarab minn idejn Ġoħanan, u mar għal għand ulied Għammon.
16U Ġoħanan bin Kareħa, u l-fizzjali kollha tal-eżerċtu li kellu miegħu, ħadu taħt idejhom il-bqija tan-nies li Ismagħel bin Netanija kien ħa b’ilsiera minn Misfa wara l-qtil ta’ Gedalija bin Aħikam, irġiel, nies tal-gwerra, nisa, tfal, uffiċjali - li Ġoħanan kien ġieb lura minn ħdejn Gibgħon.
17U telqu u waqfu f’Gerut-kimħam, li taħbat maġenb Betlehem, biex jibqgħu sejrin l-Eġittu2 Slat 25,26.
18minħabba l-Kaldin; għax bdew jibżgħu minnhom billi Ismagħel bin Netanija kien qatel lil Gedalija bin Aħikam, li s-sultan ta’ Babilonja kien qiegħed gvernatur fuq il-pajjiż.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.