ATTI TAL-APPOSTLI 12 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 12Il-martirju ta’ Ġakbu u l-arrest ta’ Pietru

1Għall-ħabta ta’ dak iż-żmien, is-sultan Erodi medd idu fuq xi wħud mill-Knisja biex jaħqarhom.

2Huwa qabad lil Ġakbu, ħu Ġwanni, u qatagħlu rasu.

3Imbagħad, meta ra li dan għoġob lil-Lhud, qabad lil Pietru wkoll. Dan kien fi żmien il-festa tal-Ażżmi.

4Meta arrestah u tefgħu l-ħabs, bagħat erba’ gruppi ta’ erba’ suldati kull wieħed biex joqogħdu għassa tiegħu, bil-ħsieb li, wara l-Għid, iressqu quddiem il-poplu.Pietru meħlus mill-ħabs

6Fil-lejl stess ta’ qabel ma Erodi kellu joħroġ lil Pietru, dan kien rieqed bejn żewġ suldati, marbut b’żewġ ktajjen; u kien hemm għases oħra mal-bieb tal-ħabs., u dawl idda mal-kamra. L-anġlu ta daqqa lil Pietru fuq ġenbu, qajmu u qallu: “Qum malajr.” U l-ktajjen waqgħu minn ma’ idejh.

8Imbagħad l-anġlu qallu: “Tħażżem u ilbes il-qorq.” U Pietru hekk għamel. U raġa’ qallu: “Dawwar il-mantar miegħek u ejja warajja.”

9Pietru ħareġ u mar warajh, bla ma ntebaħ li dak li kien qiegħed jiġri permezz tal-anġlu kien veru; stħajjel li kienet xi viżjoni.

10Għaddew l-ewwel għassa, u t-tieni wkoll, u waslu ħdejn il-bieb tal-ħadid, li kien jagħti għall-belt, u dan infetaħ waħdu. Ħarġu, u mxew triq flimkien, meta f’daqqa waħda l-anġlu telaq minn ħdejh.!” u lill-aħwa l-oħra.” Imbagħad telaq ’il barra u mar f’post ieħor.

18Xħin sebaħ, is-suldati baqgħu mħawda mhux ftit fuq x’sata’ sar minn Pietru., għax ma tax il-glorja lil Alla; dar għalih id-dud u miet.

24Imma l-kelma ta’ Alla baqgħet tikber u toktor.

25Barnaba u Sawl, wara li temmew il-ministeru tagħhom f’Ġerusalemm, reġgħu lura u ħadu magħhom lil Ġwanni, li jgħidulu wkoll Marku.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help