ĠOB 2 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 2Tiġrib eħrex

1Darb’oħra wlied Alla resqu quddiem il-Mulej; fosthom kien hemm ix-Xitan ukoll.Tlitt iħbieb iżuru ’l Ġob

11Mela tlitt iħbieb ta’ Ġob semgħu b’dan l-hemm kollu li waqa’ fuqu u ġew kull wieħed minnhom minn pajjiżu, Elifaż minn Teman, Bildad minn Suħa u Sofar minn Nagħma. U ftiehmu li jmorru flimkien biex juruh is-sogħba tagħhom u jfarrġuh.

12Iżda kif lemħuh minn ftit ’il bogħod ma għarfuhx u nfexxu f’għajjat ta’ biki, ċarrtu kull wieħed il-mantar tiegħu u tefgħu t-trab fl-għoli għal fuq rashom.Is 52,14.

13U qagħdu fl-art maġenbu għal sebat ijiem u sebat iljieli, iżda ħadd minnhom ma qallu kelma, għax raw li kien kbir wisq in-niket tiegħu.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help