1 ĠWANNI Ħarsa ħafifa lejn l-ittra - Maltese Bible with DC
Ħarsa ħafifa lejn l-ittraĠwanni aktarx li kiteb l-ewwel ittra tiegħu f’Efesu għall-ħabta tas-snin 90/100 WK. Il-kittieb kellu żewġ skopijiet prinċipali għal din l-ittra. Ried li l-insara jżommu sħiħ fl-għaqda tal-imħabba bejniethom, u jsaħħaħ it-twemmin tagħhom fi Kristu bħala bniedem. Dan it-tagħlim kien qed jiġi miċħud minn xi għalliema qarrieqa.Tagħlim ieħor li kien qed jinxtered, marbut mal-istess teoriji żbaljati, kien li l-insara m’għandhomx jintilfu fuq ir-rabtiet tad-dinja għax dawn itellfuhom mir-rabta tagħhom m’Alla. Dan ifisser li ma jibqax post għall-imħabba tal-insara bejniethom.Din l-ittra tinsisti li l-vera prova tal-fidi hi l-imħabba tal-aħwa. Għaliex Alla hu mħabba, kull min jimxi warajh għandu jgħix l-imħabba. Għal rebħa totali fuq id-dnub, l-insara jridu mhux biss iħobbu lil xulxin, imma jemmnu wkoll li Ġesù, l-Iben ta’ Alla, hu Kristu tassew li miet għalina.Dak li kien mill-bidu, dak li aħna smajna, li rajna b’għajnejna, li lejh ħarisna u li messew idejna, jiġifieri l-Verb, il-Kelma tal-ħajja, dan sejrin inxandrulkom (1,1).It-taqsim tal-ittraIntroduzzjoni (1,1-4)Dawl u dlam (1,5—2,29)Ulied Alla u wlied ix-xitan (3,1-24)Il-verità u l-iżball (4,1-6)L-imħabba hi dmir (4,7-12)Il-fidi rebbieħa (5,1-21)