1Imma mbagħad niżlu xi wħud mill-Lhudija u bdew jgħallmu lill-aħwa: “Jekk ma toqogħdux għaċ-ċirkonċiżjoni skont id-drawwa li ġejja minn Mosè, ma tistgħux issalvaw.” li kienu emmnu qamu jgħidu: “Jeħtieġ li l-pagani joqogħdu għaċ-ċirkonċiżjoni u jkunu obbligati jħarsu l-Liġi ta’ Mosè.”
6Għalhekk l-appostli u l-presbiteri ltaqgħu flimkien biex jaraw din il-kwistjoni.
7Wara diskussjoni twila, Pietru qam u qalilhom: “ L-aħwa, intom tafu li sa mill-ewwel jiem Alla għażilni minn fostkom biex minn fommi l-pagani jisimgħu l-kelma tal-Evanġelju u jemmnu.
12Imbagħad waqa’ skiet fuq il-ġemgħa kollha. U qagħdu jisimgħu lil Barnaba u lil Pawlu jirrakkuntaw kemm sinjali u mirakli Alla kien għamel permezz tagħhom fost il-pagani. u qal: “L-aħwa, isimgħuni.
14Xmun qalilna kif Alla sa mill-bidu ħaseb biex jiġbor minn fost il-pagani poplu li jkun tiegħu.
u nibni d-dar ta’ David, li ġġarrfet;
nerġa’ ntella’ l-ħerba tagħha
u nwaqqafha mill-ġdid,
17 biex ifittxu l-Mulej il-bqija tal-bnedmin
u l-ġnus kollha li fuqhom issejjaħ ismi ,
jgħid il-Mulej,
18 li għarraf dan kollu sa mill-qedem.’
19Għalhekk jien ngħid li mhux ta’ min idejjaqhom lill-pagani li jikkonvertu lejn Alla., mil-laħam tal-annimali fgati u mid-demm.It-tweġiba tal-Konċilju
22Imbagħad l-appostli u l-presbiteri, flimkien mal-Knisja kollha, dehrilhom li kellhom jagħżlu lil xi wħud minnhom u jibagħtuhom Antjokja ma’ Pawlu u Barnaba. Dawn kienu Ġuda, jgħidulu Barsaba, u Sila, li kienu minn ta’ quddiem fost l-aħwa,
23u bagħtu magħhom din l-ittra: “L-appostli u l-presbiteri, ħutkom, lill-aħwa ta’ Antjokja, tas-Sirja u taċ-Ċiliċja, li ġew mill-ġnus; is-sliem għalikom!
24Aħna smajna li xi wħud min-nies tagħna, mingħajr ebda ordni tagħna, ġew ħawdukom u qallbulkom moħħkom bi kliemhom., mid-demm, mil-laħam tal-annimali fgati u miż-żwieġ ħażin. Tagħmlu tajjeb jekk tħarsu rwieħkom minn dawn. Saħħa!”
30Għalhekk dawn il-messaġġiera niżlu Antjokja, laqqgħu l-ġemgħa u tawhom l-ittra,
31qrawha, u ferħu għall-faraġ li tathom.
32Ġuda u Sila, li kienu wkoll profeti, farrġu lill-aħwa u wettquhom b’ħafna kliem. hemm għal ftit taż-żmien, telqu bis-sliem mingħand l-aħwa u reġgħu lura għand dawk li kienu bagħtuhom.
35Imma Pawlu u Barnaba baqgħu Antjokja, fejn ma’ ħafna oħrajn kienu jgħallmu u jxandru l-kelma ta’ Alla.
Pawlu u Barnaba jinfirdu36Ftit taż-żmien wara, Pawlu qal lil Barnaba: “Ħa nerġgħu mmorru nżuru l-aħwa fl-ibliet kollha li fihom xandarna l-kelma tal-Mulej, u naraw kif huma sejrin.”
37Barnaba ried li magħhom jieħdu wkoll lil Ġwanni, jgħidulu Marku. kollha, iwettaq il-Knejjes.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.