HOSEGĦA 6 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 6

1“Imxi, ħa nerġgħu lura għand il-Mulej,

għax huwa tertaqna, imma se jdewwina,

hu sawwat, imma se jinfaxxalna l-ġrieħi.

2Wara jumejn jerġa’ jagħtina l-ħajja,

imbagħad fit-tielet jum jerġa’ jqajjimna,

sabiex quddiemu ngħixu.

3Nagħrfu l-Mulej, u nfittxu nagħrfuh iżjed,

daqs kemm hu żgur is-sebħ, hekk il-ħruġ tiegħu;

hu jiġi bħalma tiġi x-xita fuqna,

bħax-xita mwaħħra illi ssaqqi l-art.”

4U x’naqbad nagħmel jien bik, Efrajm?

X’se naqbad nagħmel bik, Ġuda?

It-tjieba tagħkom qisha s-sħab tal-għodwa,

tixbah lin-nida li tinxtorob kmieni.

5Għalhekk inġarthom jiena bil-profeti,

u bi kliem fommi qtilthom,

u l-ħaqq tiegħi joħroġ qisu dawl.

6Għaliex jiena tjieba rrid, mhux sagrifiċċju;

li tagħrfu ’l Alla rrid, u mhux vittmi maħruqa.

7Iżda huma bħal Adam kisru l-patt,

u ma baqgħux fidili lejja.

8Gilgħad hi belt ta’ nies li jagħmlu l-ħażen,

kollha rfis bid-demm.

9Bħal ġemgħa ħallelin jistennew bniedem,

qatgħa ta’ qassisin miftiehma,

jaqbżu u joqtlu fit-triq ta’ Sikem;

għamlu għemil li jkexkex.

10F’Betel rajt ħwejjeġ li jwaħħxu,

hemm Efrajm jagħtiha għaż-żina, u Iżrael jitniġġes.

11Ġuda, għalik ukoll għad inħejji l-ħsad.

Il-ħażen ta’ Iżrael

Kull meta rrid, rraġġa’ x-xorti tal-poplu tiegħi.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help