1Hekk Tobit temm l-innu ta’ ringrazzjament.
L-aħħar snin ta’ Tobit u Tobija2Tobit miet fis-sliem fl-għomor ta’ mija u tnax-il sena, u difnuh bl-unuri kollha fil-belt ta’ Ninwè. Kellu tnejn u sittin sena meta marad b’għajnejh; u wara li kien raġa’ ħa d-dawl, għex fir-riżq u baqa’ jagħmel il-karità; qatt ma kien jehda milli jfaħħar lil Alla u jxandar il-glorja tiegħu.
3Meta kien se jmut sejjaħ lil ibnu Tobija u għamillu dawn it-twissijiet:
“Ibni, aqbad lil uliedek
4u itlaq lejn il-Medja, għax jien nemmen li l-kelma ta’ Alla li qal fuq Ninwè, permezz ta’ Naħum, għad isseħħ. Kollox għad jiġri lil Assirja u Ninwè, kulma qalu l-profeti ta’ Iżrael li Alla bagħat. Xejn, lanqas kelma waħda, ma jonqos milli qalu l-profeti; kollox għad iseħħ f’waqtu. Fil-Medja tkun fiż-żgur aktar milli tkun fl-Assirja jew fil-Babilonja. Jien naf, anzi jien żgur li kulma qal Alla, għad iseħħ u jsir, u ma tintilef ebda kelma milli qal.
“Ħutna li joqogħdu fl-art ta’ Iżrael ilkoll għad iferrxuhom u jitturufnawhom minn dik l-art tajba; u l-art kollha ta’ Iżrael issir deżert u Samarija u Ġerusalemm isiru ħerba u d-dar ta’ Alla jagħtuha n-nar, u għal xi żmien tibqa’ fin-niket.
5Imbagħad il-Mulej jerġa’ jħenn, u Alla jreġġagħhom lura fl-art ta’ Iżrael. Jerġgħu jibnu d-dar ta’ Alla, mhux bħalma kienet qabel, u tibqa’ hekk sakemm jintemmu ż-żminijiet u s-sekli. Wara dan kollu lkoll jerġgħu lura mill-eżilju u jerġgħu jibnu ’l Ġerusalemm fil-glorja, u fiha jibnu d-dar ta’ Alla, skont ma ħabbru fuqha l-profeti ta’ Iżrael.
7“Ulied Iżrael kollha li jkunu salvaw f’dawk il-jiem jiftakru sewwa f’Alla; jinġabru u jiġu Ġerusalemm u jgħammru għal dejjem fl-art ta’ Abraham fiż-żgur, u din tkun mogħtija lilhom. Jifirħu dawk kollha li jħobbu lil Alla fis-sewwa; u dawk li jagħmlu d-dnub u l-inġustizzji jintemmu minn fuq wiċċ l-art., li kien rabbieh: u ma fittixx li jidfnu ħaj taħt l-art? Imma Alla dawwar l-għajb f’wiċċu. Aħikar ħareġ għad-dawl, u Nadab mar fid-dlam ta’ dejjem, għax kien fittex li joqtol lil Aħikar. Iżda għax jien kont nagħmel il-karità, Aħikar ħeles mix-xibka li kien nasablu Nadab, u Nadab inqabad fiha hu, u nqered., u ra l-eżiljati miġjubin fil-Medja minn Assweru, sultan tal-Medja. Għalhekk radd ħajr lil Alla għal kulma għamel lin-nies ta’ Ninwè u l-Assirja. Feraħ qabel ma miet għal li ġralha Ninwè u faħħar lil Alla li jgħix għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.