NUMRI 6 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 6Il-liġi tan-Nażrin

1U l-Mulej kellem lil Mosè u qallu:

2“Kellem lil ulied Iżrael u għidilhom: Meta xi ħadd, raġel jew mara, jidħol għall-wegħda ta’ nażir, billi jagħti ruħu lill-Mulej,

4“Kemm iddum il-wegħda ta’ nażir, ma jiekol xejn minn dak li jsir mid-dielja, jew li għandu mill-inbid, ibda mill-għeneb qares sal-qxur tiegħu.

5“Kemm iddum il-wegħda ebda xafra ma għandha tgħaddi minn fuq rasu, sakemm ma jintemmux il-jiem tal-konsagrazzjoni tiegħu lill-Mulej; iżomm ruħu qaddis lill-Mulej, u jħalli dliel xagħru jikbru.

9“Jekk xi ħadd jaqa’ mejjet ħdejh, u jmiss miegħu, u jniġġislu rasu ta’ nażir, hu għandu jqaxxar rasu f’jum il-purifikazzjoni tiegħu, iqaxxarha fis-seba’ jum.

10Fit-tmien jum, imbagħad, iġib żewġ gamimiet jew żewġt ifrieħ tal-ħamiem għand il-qassis ħdejn il-bieb tat-tinda tal-laqgħa;

11u l-qassis joffri wieħed għall-ħtija, u l-ieħor b’sagrifiċċju tal-ħruq, u jpattilu għall-ħtija li jkun għamel minħabba l-mejjet, u dak in-nhar jikkonsagralu rasu mill-ġdid.

12Jerġa’ jikkonsagra ruħu lill-Mulej, u jtenni jiem il-wegħda, u jġib ħaruf tas-sena b’sagrifiċċju għar-riparazzjoni; iż-żmien ta’ qabel ma jgħoddx, għax ikun kiser il-wegħda.

13“Din hi l-liġi tan-nażir: Dak in-nhar li jintemm iż-żmien tal-konsagrazzjoni tiegħu, jersaq lejn bieb it-tinda tal-laqgħa,

21“Din hi l-liġi għan-nażir li jkun għamel il-wegħda. L-offerta tiegħu lill-Mulej tkun skont il-wegħda ta’ nażir, barra l-offerta li jkun jista’ jagħmel minn rajh. Għandu jagħmel skont il-liġi tal-konsagrazzjoni tiegħu bħala nażir, u skont il-wegħda li jkun għamel.”

Il-barka tal-qassisin

22Il-Mulej kellem lil Mosè u qallu:

23“Kellem lil Aron u ’l uliedu u għidilhom: ‘Meta tbierku ’l ulied Iżrael, hekk għandkom tgħidulhom:

24Ibierkek il-Mulej u jħarsek!!’

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help