1Il-ġuħ baqa’ jagħfas fuq l-art.
2U meta temmu jieklu l-qamħ li kienu ġiebu mill-Eġittu, missierhom qalilhom: “Erġgħu morru ixtrulna ftit qamħ.”
3U Ġuda wieġbu u qallu: “Dak ir-raġel widdibna bis-sħiħ u qalilna: ‘Ma tarawx wiċċi jekk ma jkollkomx lil ħukom magħkom.’
15U huma ħadu f’idejhom dawn ir-rigali, u flus ħadu għal darba tnejn, u ’l Benjamin; u qabdu u niżlu lejn l-Eġittu, u daħlu quddiem Ġużeppi.
16U malli Ġużeppi ra lil Benjamin magħhom, qal lil dak li kien jieħu ħsieb daru: “Ġib lil dawk l-irġiel id-dar, u oqtol xi bhima, u lesti kollox, għax dawk l-irġiel illum jieklu miegħi f’nofsinhar.”
17U dak ir-raġel għamel skont ma qallu Ġużeppi u daħħal lil dawn l-irġiel f’dar Ġużeppi.
18U huma beżgħu għax daħħluhom f’dar Ġużeppi, u qalu: “Minħabba l-biċċa tal-flus li reġġgħulna fl-ixkejjer tagħna l-ewwel darba daħħluna hawn, biex jaħbtu għalina u jinxteħtu fuqna, u jeħduna lsiera, u jaqbdu l-ħmir tagħna.”
19U resqu fuq dak li kien jieħu ħsieb id-dar ta’ Ġużeppi u kellmuh f’bieb id-dar,
20u qalulu: “Jekk jogħġbok, sidna: Aħna nżilna l-ewwel darba nixtru l-qamħ,
30U Ġużeppi ħass ġewwenih jitqanqlu għal ħuh, ħass li għandu jibki, u daħal jgħaġġel fil-kamra tiegħu, u beka hemm.Ġen 42,24.
31Imbagħad ħasel wiċċu u ħareġ, żamm kemm felaħ u qal: “Ġibu l-ikel!”
32U ġibulu għalih waħdu, u lilhom għalihom weħidhom, u lill-Eġizzjani, li jieklu miegħu, għalihom weħidhom ukoll - għaliex l-Eġizzjani ma jistgħux jieklu mal-Għebrej, għax ikun għajb għall-Eġizzjani.
33U qagħdu bilqiegħda quddiemu, wieħed wara l-ieħor, il-kbir l-ewwel u ż-żgħir l-aħħar, skont ma kellhom snin, u l-aħwa bdew iħarsu mistagħġba lejn xulxin.
34U refgħulhom ishma minn quddiemu, u s-sehem ta’ Benjamin kien ħames darbiet iktar mis-sehem ta’ ħutu kollha. U xorbu u ferħu miegħu.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.