BIN SIRAK 30 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 30It-trobbija tal-ulied

1Min iħobb ’il ibnu, ta’ sikwit, jagħtih is-swat,

ħalli fl-aħħar ikollu biex jifraħ.

2Min lil ibnu jżommlu, ibnu jkun għalih ta’ ġieħ,

u jiftaħar bih man-nies li jafhom.

3Min irabbi tajjeb ’il ibnu jqanqal l-għira tal-għadu,

u jkun ferħan bih quddiem il-ħbieb.

4Itemm ħajtu missieru, imma daqskieku ma mietx,

għax iħalli warajh wieħed bħalu.

5Tul ħajtu rah u kellu biex jifraħ,

u meta wasal fit-tmiem ma kellux biex jitnikket.

6Ħalla warajh wieħed biex jitħallas mill-għedewwa,

u ieħor biex irodd lura lil ħbiebu l-favuri tagħhom.

7Min ifissed lil ibnu,

ikollu mbagħad jinfaxxa l-ġrieħi tiegħu stess,

u jinfena minn ġewwa bl-hemm ma’ kull għajta.

8Żiemel li mhux mans ikun ta’ rasu,

u iben mhux imrażżan ikun rasu iebsa.

9Fissed lil ibnek, u jħallik imnixxef,

iċċajta miegħu u jgħallik.

10Tidħaklux biex ma jnikktekx,

u fl-aħħar tgħażżeż snienek.

11Tagħtihx setgħat f’żgħożitu,

u tagħlaqx għajnejk għan-nuqqas tiegħu.

12Baxxilu rasu f’żgħożitu,

agħtih fuq ġenbejh sakemm għadu tifel,

li ma jmurx joħroġ rasu iebsa u ma joqgħodx għalik.

13Widdeb lil ibnek u żommlu iebes,

biex ma tixgħofx bl-għajb tiegħu.

Is-saħħa

14Aħjar fqir imma qawwi u sħiħ,

minn wieħed għani u ġismu kollu wġigħ.

15Aħjar wieħed f’saħħtu u f’siktu milli jkollu ħafna deheb,

u ġisem mibni sewwa b’ġid bla qjies,

16M’hawnx ġid aqwa mis-saħħa tal-ġisem,

u m’hawnx ferħ aqwa mill-hena tal-qalb.

17Aħjar il-mewt minn ħajja ta’ mrar,

u l-mistrieħ ta’ dejjem minn marda għal għomrok.

18Ġid imsawwab f’ħalq magħluq,

hu bħal offerti ta’ ikel fuq xi qabar.

19X’tiswa offerta tal-frott lil idolu?

Għax hu la jiekol u lanqas ixomm;

hekk min laqtu l-Mulej:

20jara b’għajnejh u jitriegħed,

bħal ewnuku li jħaddan xebba.L-hena

21Tintrebaħx min-niket

u tinfeniex bl-inkwiet.

22Hena tal-qalb hi ħajja għall-bniedem,

u l-ferħ ta’ bniedem itawwallu jiemu.

23Derri u farraġ qalbek,

u n-niket warrbu ’l bogħod,

għax in-niket wassal ħafna għat-telfien,

u ma jiswa għal xejn.

24L-għira u l-għadab iqassrulek jiemek,

u l-inkwiet żejjed ixejħek qabel iż-żmien.

25Bniedem ferrieħi jiekol bil-qalb;

u joqgħod attent x’jiekol.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help