ĠOB 17 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 17

1Ruħi mifnija,

ħajti fix-xifer,

u l-qabar jistennieni.

2M’għandix ħdejja ħlief żeblieħa,

u għajni tishar qalb it-tinbix tagħhom.

3Żommli għandek ir-rahan tiegħi,

għax min inkella se jagħtini idu?

4Lil ħbiebi int qtajtilhom il-fehma,

għalhekk ma tħallihomx jittrijunfaw.

5Jistiednu l-ħbieb biex jaqsmu l-wirt magħhom,

waqt li għajnejn uliedhom mifnija jixxennqu.

6Iżda Hu ġiebni fi lsien in-nies,

jien hu dak li jobżqulu f’wiċċu.

7Tgħammxuli bin-niket għajnejja,

saru bħal dell idejja u riġlejja.

8Jistagħġbu b’dan it-tajbin,

jitmasħan il-ġust għall-ħażin.

9Iżda l-ġust iżomm sħiħ fl-imġiba tiegħu,

jissokta jitqawwa dak ta’ jdejh safja.

10Erġgħulha, mela, ejjew ilkoll,

żgur ma nsibx fostkom wieħed għaref.

11Għosfru jiemi bil-proġetti tiegħi,

ġew fix-xejn ix-xewqat ta’ qalbi.

12Il-lejl ħbiebi jagħmluh nhar,

jgħidu ‘Qrib id-dawl’ ġo wiċċ id-dlam.

13Jekk nistenna l-Imwiet b’għamara tiegħi,

u fid-dlam ta’ taħt l-art nifrex soddti,

14jekk ngħid lill-qabar ‘missieri int’,

u lid-dud ‘ommi jew oħti’,

15fejn hi, mela, it-tama tiegħi?

U t-tama tiegħi min se jaraha?

16Lejn bwieb l-Imwiet hi tinżel,

xħin flimkien nindifnu fit-trab.”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help