1Pawlu u Timotju, qaddejja ta’ Kristu Ġesù, lill-qaddisin kollha fi Kristu Ġesù, flimkien mal-isqfijiet tagħhom u d-djakni li jinsabu fil-belt ta’ Filippi.
2Il-grazzja lilkom u s-sliem mingħand Alla Missierna u mingħand il-Mulej Ġesù Kristu!Pawlu jitlob għalihom
3Niżżi ħajr lil Alla tiegħi kull meta niftakar fikom,.
6Jiena żgur minn dan: li dak li beda din l-opra tajba fikom, iwassalha għat-tmiem tagħha sa ma jasal il-jum ta’ Kristu Ġesù., u kemm meta kont niddefendi u nwettaq l-Evanġelju.
8Iva, jixhidli Alla kemm jien miġbud lejkom bil-qalb ta’ Kristu Ġesù! li ġejja permezz ta’ Ġesù Kristu, għall-glorja u l-foħrija ta’ Alla.
12Irridkom tkunu tafu, l-aħwa, li kulma ġara lili safa aktar ta’ ġid biex ġieb ’il quddiem l-Evanġelju; u l-oħrajn kollha lkoll saru jafu li jiena marbut fil-ħabs għal Kristu, bil-kuraġġ u bla biża’ ta’ xejn.
15Tassew li dan xi wħud jagħmluh imqanqla mill-għira u l-pika, imma l-oħrajn lil Kristu jxandruh minn qalbhom.
16Dawn tal-aħħar jaħdmu bl-imħabba, għax jafu li jiena magħżul biex niddefendi l-Evanġelju;
17l-oħrajn, imma, lil Kristu jxandruh imqanqlin mill-għira, b’fehma mdennsa, u jistħajlu li b’hekk se jtaqqluli l-ktajjen.
18X’jimporta? Hekk jew hekk, sew jekk b’fehma safja u sew jekk le, basta jixxandar Kristu; u b’dan jien nifraħ, iva, u nibqa’ nifraħ.
19Għax naf li dan bit-talb tagħkom u bl-għajnuna tal-Ispirtu ta’ Ġesù Kristu, għad jisfali għas-salvazzjoni tiegħi., ħalli sew jekk niġi narakom, sew jekk inkun ’il bogħod, nisma’ fuqkom li intom tinsabu qawwija fi spirtu wieħed, u tissieltu b'fehma waħda għall-fidi tal-Evanġelju,
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.