5“Jirtogħdu fil-qiegħ l-erwieħ tal-mejtin,
il-baħar u kulma jgħammar fih.
6Mikxuf quddiemu l-Imwiet,
xejn ma jistorlu Art it-Telfien.
7Hu jifrex fuq il-vojt tas-smewwiet,
iżomm l-art imdendla fuq ix-xejn.
8Jagħlaq l-ilma fis-sħab tiegħu,
u ma jinfaqax is-sħab bit-toqol tiegħu.
9Hu jgħatti wiċċ il-qamar mimli,
jifrex fuqu s-sħaba tiegħu.
10Ħażżeż ċirku fuq wiċċ il-baħar,
fejn jinferaq id-dawl mid-dlam.
11Il-kolonni tas-sema jirtogħdu,
jitwerwru biċ-ċanfir tiegħu.
12Bil-qawwa ta’ driegħu sikket il-Baħar,
bil-ħila ta’ moħħu saħaq lil Raħab.
13B’nifsu jiċċaraw is-smewwiet,
idu tinfed is-serp ħafif.
14Dawn biss intietef ta’ qawwietu,
tfesfisa dgħajfa li nisimgħu fuqu!
Min jifhmu, mela, r-ragħad ta’ setegħtu?”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.