1F’dik il-ħabta Ċesari Awgustu ħareġ digriet biex isir ċensiment fid-dinja kollha.
2Dan kien l-ewwel ċensiment li sar meta Kirinu kien gvernatur tas-Sirja.
3U kulħadd mar biex jinkiteb, kull wieħed fil-belt tiegħu.
4Ġużeppi wkoll mar mill-Galilija, mill-belt ta’ Nazaret, u tala’ l-Lhudija, fil-belt ta’ David jisimha Betlehem - għax hu kien mid-dar u l-familja ta’ David -
5biex jinkiteb flimkien ma’ Marija l-għarusa tiegħu, li kienet tqila.Ir-rgħajja u l-anġli
8F’dawk l-inħawi kien hemm xi rgħajja fir-raba’, għassa mal-merħla tagħhom billejl.
9U dehrilhom anġlu tal-Mulej, il-glorja tal-Mulej iddiet madwarhom, u qabadhom biża’ kbir.
10Iżda l-anġlu qalilhom: “Tibżgħux, għax araw, qiegħed inħabbrilkom ferħ kbir, ferħ li se jkun għall-poplu kollu.
11Illum, fil-belt ta’ David, twildilkom Salvatur, li hu l-Messija, il-Mulej.
12U bħala sinjal ikollkom dan; issibu tarbija mfisqija u mimduda f’maxtura.”
13F’daqqa waħda ngħaqdu mal-anġlu għadd kbir ta’ qtajja’ tas-sema, ifaħħru lil Alla u jgħidu:
14“Glorja lil Alla fl-ogħla tas-smewwiet,
u sliem fl-art lill-bnedmin li jogħġbu lilu!”
15Meta mbagħad l-anġli ħallewhom u telgħu s-sema, ir-rgħajja bdew jgħidu lil xulxin: “Ejjew immorru Betlehem ħa naraw x’ġara kif għarrafna l-Mulej.”
16Marru mela jgħaġġlu, u sabu lil Marija u ’l Ġużeppi, bit-tarbija mimduda f’maxtura.
17Kif raw dan, bdew jgħarrfu b’kulma kien intqal lilhom dwar dik it-tarbija,Il-preżentazzjoni ta’ Ġesù fit-tempju
22Wara li għalqilhom iż-żmien għall-purifikazzjoni tagħhom skont il-Liġi ta’ Mosè, ħaduh Ġerusalemm biex jippreżentawh lill-Mulej,
25F’Ġerusalemm kien hemm wieħed, jismu Xmun, raġel ġust u tajjeb, li kien jistenna l-faraġ ta’ Iżrael u li kellu l-Ispirtu s-Santu fuqu.
31li int ħejjejt
għall-popli kollha,
32dawl biex idawwal il-ġnus,
u glorja tal-poplu tiegħek Iżrael.”
33Missieru u ommu baqgħu mistagħġba b’dak li kien qiegħed jingħad fuqu.
34Xmun berikhom, u qal lil ommu Marija: “Ara, dan se jġib il-waqgħa u l-qawmien ta’ ħafna f’Iżrael; se jkun sinjal li jmeruh,
39Meta temmew kulma kellhom jagħmlu skont il-Liġi tal-Mulej reġgħu lura lejn il-Galilija fil-belt tagħhom ta’ Nazaret.It-tfajjel Ġesù fit-tempju
41Ta’ kull sena l-ġenituri ta’ Ġesù kienu jmorru Ġerusalemm għall-festa tal-Għid. telgħu wkoll, skont id-drawwa ta’ dik il-festa.
43Wara li għaddew dawk il-ġranet qabdu t-triq lura, imma t-tfajjel Ġesù baqa’ Ġerusalemm bla ma kienu jafu l-ġenituri tiegħu.
44Huma ħasbuh qiegħed ma’ xi wħud li kienu fit-triq magħhom; iżda meta wara jum mixi fittxewh fost qrabathom u n-nies li kienu jafuhom,
45ma sabuhx, u għalhekk reġgħu lura Ġerusalemm ifittxuh.
46Wara tlitt ijiem sabuh fit-tempju, bilqiegħda f’nofs l-għalliema, jismagħhom u jistaqsihom;
47u kull min semgħu baqa’ mistagħġeb bid-dehen u t-tweġibiet tiegħu.
48Kif rawh, instamtu, u ommu qaltlu: “Ibni, dan għaliex għamiltilna hekk? Ara, missierek u jiena konna qegħdin infittxuk b’qalbna maqsuma!”
49U hu qalilhom: “U għaliex kontu qegħdin tfittxuni? Ma tafux li jiena għandi nkun f’dak li hu ta’ Missieri?”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.