1“F’dak iż-żmien, oraklu tal-Mulej, jien inkun Alla tat-tribujiet kollha ta’ Iżrael, u huma jkunu l-poplu tiegħi.”
2Dan jgħid il-Mulej: “Il-poplu li ħeles mis-sejf sab ħniena fid-deżert: Iżrael terraq lejn il-mistrieħ tiegħu.”
3Mill-bogħod il-Mulej deherlu: “Bi mħabba ta’ dejjem ħabbejtek, għalhekk il-ħlewwa tiegħi rfajt għalik.
7Għax dan jgħid il-Mulej: “Għannu bil-ferħ għal Ġakobb, sellmu lill-ewlieni fost il-ġnus. Xandru, faħħru u niedu: ‘Il-Mulej salva l-poplu tiegħu, il-fdal ta’ Iżrael.’
10“Isimgħu, ġnus, kelmet il-Mulej,
xandruha ’l bogħod fil-gżejjer:
għidu: ‘Dak li xerred lil Iżrael jiġbru,
u jħarsu kif ragħaj iħares il-merħla tiegħu.’
11Għax il-Mulej feda lil Ġakobb,
ħelsu minn id wieħed aqwa minnu.
12Għad jiġu u jgħannu fuq l-għolja ta’ Sijon,
u wiċċhom jiddi minħabba t-tjieba tal-Mulej;
minħabba l-qamħ, u l-inbid ġdid u ż-żejt,
u l-imrieħel tan-nagħaġ u l-baqar;
u huma jsiru bħal ġnien imsoqqi tajjeb,
ma jkunux iżjed mifnija.
13“Imbagħad jifirħu x-xbejbiet biż-żfin,
jifirħu ż-żgħażagħ u x-xjuħ;
u jiena nbiddel il-vistu tagħhom f’hena,
infarraġhom u nferraħhom wara l-hemm tagħhom.
14Il-qassisin nimliehom bl-abbundanza,
u l-poplu tiegħi bil-ġid inxebbgħu,”
oraklu tal-Mulej.
Ir-restawrazzjoni ta’ Efrajm15Dan jgħid il-Mulej; “Instama’ leħen f’Rama, ilfiq u biki kollu mrar, Rakel titbekka għal uliedha, ma tridx taf b’sabar, għax iżjed mhumiex.”
16Dan jgħid il-Mulej: “Żomm leħnek ’il bogħod mill-biki, għajnejk ’il bogħod mid-dmugħ, għax hemm ħlas għal taħbitek, oraklu tal-Mulej, għax huma għad jerġgħu lura minn pajjiż l-għadu.
17Hemm tama għall-ġejjieni, oraklu tal-Mulej, uliedek għad jerġgħu lejn arthom.
18“Jien smajt tajjeb lil Efrajm jitkarrab: ‘Inti kkastigajtni, u jien ħadt il-kastig bħal għoġol bla taħriġ. Reġġagħni lura u jien nerġa’ lura, għax inti l-Mulej Alla tiegħi.
20Jaqaw Efrajm l-iben għażiż! Jaqaw it-tfajjel tal-għaxqa tiegħi? Għax kull meta nitkellem kontrih, jien niftakar aktar fih. Għalhekk ġewwenija mqanqla għalih; u żgur li nħenn għalih, oraklu tal-Mulej.
21“Waqqaf għalik il-plieri, qiegħed għalik is-sinjali, moħħok hemm fuq il-mogħdija, it-triq li minnha għaddejt. Erġa’ lura, xbejba ta’ Iżrael, erġa’ lura lejn blietek..”Ir-restawrazzjoni ta’ Ġuda
23Dan jgħid il-Mulej tal-eżerċti, Alla ta’ Iżrael: “Meta jien inkun biddiltilhom xortihom fl-art ta’ Ġuda u fi blietha, għad jerġgħu jgħidu dan il-kliem: ‘Jalla jbierkek il-Mulej, għamara tas-sewwa, għolja qaddisa!’
25“Għax jien naħji kull ruħ mifnija, u nxabba’ kull ruħ għajjiena.
26Għalhekk stenbaħt u ħarist, u ngħasi ħassejtu ħelu.
27“Araw, għad jiġu jiem, oraklu tal-Mulej, meta jien niżra’ d-dar ta’ Iżrael, u d-dar ta’ Ġuda, b’żerriegħa tal-bniedem u b’żerriegħa tal-bhejjem.
29“F’dawk il-jiem ma jgħidux iżjed: il-missirijiet kielu l-għeneb qares, u ddarrsu snien l-ulied.’ ma’ dar Iżrael u dar Ġuda;
33“Imma dan ikun il-patt li għad nagħmel ma’ dar Iżrael wara dawk il-jiem, oraklu tal-Mulej. Inqiegħed il-liġi tiegħi fosthom u niktibha f’qalbhom; u jiena nkun Alla tagħhom, u huma jkunu l-poplu tiegħi.
35Dan jgħid il-Mulej,
li għamel ix-xemx għad-dawl binhar,
il-qamar u l-kwiekeb b’liġijiethom
għad-dawl billejl;
li jqanqal il-baħar u jgargru mwieġu,
Jaħweh tal-eżerċti ismu:
36“Daqskemm qatt jistgħu jitwarrbu minn quddiemi
dawn il-liġijiet, oraklu tal-Mulej,
daqshekk nisel Iżrael jieqaf milli jkun
għal dejjem poplu quddiemi.”
37Dan jgħid il-Mulej:
“Jekk is-smewwiet fl-għoli jistgħu jitkejlu,
u jinkixfu s-sisien tad-dinja minn taħt,
jien inwarrab in-nisel kollu ta’ Iżrael,
għal kulma għamlu,”
oraklu tal-Mulej.
38“Araw, għad jiġu l-jiem, oraklu tal-Mulej, meta l-belt terġa’ tinbena għall-Mulej, mit-torri ta’ Ħananel sa Bieb ix-Xewka.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.