1U ġietni l-kelma tal-Mulej, u qalli: tiegħi meta qalulu: ‘Sliem’, u sliem ma kienx hemm; u meta l-poplu kien jibni ħajt tas-sejjieħ, huma kienu jkaħħluh bit-tajn;, li jħabbru minn rashom u, ħabbar kontrihom. Għidilhom:
18‘Dan jgħid Sidi l-Mulej: Gwaj għalihom dawk li jħitu l-faxex għal kull għaksa tal-id, u jaħdmu velijiet ta’ kull daqs għar-ras biex jonsbu għall-erwieħ. Kif? Intom tonsbu għall-erwieħ tal-poplu tiegħi, u taħsbu intom li se tibqgħu ħajjin?
19Intom żeblaħtuni mal-poplu tiegħi għal ftit qabdiet tax-xgħir u ftit loqom ħobż; billi qtiltu nies li m’għandhomx imutu u żammejtu ħajja nies li ma għandhomx jgħixu, bil-gideb tagħkom lill-poplu tiegħi, dejjem lest biex jisma’ l-gideb.
20“Għalhekk jgħid Sidi l-Mulej: “Arawni, ġej għall-faxex tagħkom, li bihom tonsbu għall-erwieħ; jien inqattagħhom minn fuq dirgħajkom, u bħal għasafar nitlaq ħielsa l-erwieħ, li intom insobtu għalihom.
21U jien inqattgħalkom il-velijiet u neħles il-poplu tiegħi minn idejkom, u ma jibqgħux aktar priża f’idejkom; u mbagħad tkunu tafu li jien il-Mulej.
22“Għax intom qsamtu qalb il-ġust bil-gideb tagħkom, meta jien ma kiddejtux; intom qawwejtu id il-ħażin, biex ma jerġax lura minn triqtu l-ħażina u jgħix.
23Għalhekk ma tfantsux aktar viżjonijiet qarrieqa, u gideb aktar ma tħabbrux. U jiena neħles il-poplu minn idejkom, u tkunu tafu li jien il-Mulej.’ ”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.