1 SLATEN 7 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 7Il-palazz ta’ Salamun

1Salamun ħa ħsieb ukoll jibni l-palazz tiegħu, u dam tlittax-il sena sa ma temmu għalkollox. tal-foresta tal-Libanu; kienet sala kbira; mitt driegħ twila, u ħamsin driegħ wiesgħa, u tletin driegħ għolja; kellha tliet indani ta’ kolonni taċ-ċedru bit-travi taċ-ċedru fuqhom.

3Kienet imsaqqfa biċ-ċedru fuq il-kmamar ta’ fuq it-travi ta’ fuq il-kolonni li kienu ħamsa u erbgħin, ħmistax kull indana.

4Kellha tliet indani twieqi, tieqa quddiem tieqa, fi tliet indani fuq xulxin;

5u l-bwieb kollha u t-twieqi kollha kienu kwadri; u tieqa kienet biswit oħra fi tliet indani fuq xulxin.

6U bena wkoll is-sala tal-kolonni, twila ħamsin driegħ u wiesgħa tletin; u portiku quddiemha bil-kolonni u saqaf fuqu.

7Bena wkoll is-sala tat-tron, fejn kien jamministra l-ġustizzja; “is-sala tal-ġustizzja” kienet miksija biċ-ċedru mill-art sas-saqaf.

8Bena wkoll bl-istess mod id-dar fejn kellu jgħammar hu, bnieha fil-bitħa l-oħra ’l ġewwa mis-sala; u bena wkoll bħal din is-sala dar għal bint il-Fargħun, li Salamun kien ħadha b’martu.

9Dan il-bini kollu kien mibni b’ġebel magħżul, minġur tal-qjies, maqtugħ bil-munxar, minn ġewwa u minn barra, mill-pedamenti sal-gwarniċun, u minn barra sal-bitħa l-kbira.

10Il-pedamenti kienu magħmula minn ġebel magħżul, ġebel kbir, ġebel ta’ għaxart idriegħ, u ġebel ta’ tmint idriegħ.

11U fuqhom imbagħad kien mibni b’ġebel magħżul, minġur tal-qjies, u injam taċ-ċedru.

12Il-bitħa l-kbira kellha dawramejt tliet filati ta’ ġebel minġur u filata injam taċ-ċedru; hekk ukoll kienu l-bitħa ta’ ġewwa tat-tempju tal-Mulej u quddiem is-sala tal-palazz.It-tagħmir tat-tempju

13Is-sultan Salamun bagħat iġib lil Ħiram minn Tir..

22Fuq il-quċċata tal-kolonni kien hemm għamla ta’ ġilju. Hekk kien mitmum ix-xogħol tal-kolonni.

Il-vaska tal-ilma

23Għamel ukoll vaska għall-ilma tal-bronż fondut, għaxart idriegħ minn xifer sa xifer; kienet tonda, għolja ħamest idriegħ, b’dawra tal-qjies ta’ tletin driegħ.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help