SALMI 1 - Maltese Bible with DC

Salm 1L-EWWEL KTIEBSalmi 1—41L-hena veru tal-bniedem

1Hieni l-bniedem

li ma jimxix fuq il-pariri tal-ħżiena,

li ma jiqafx fi triq il-ħatjin,

li ma joqgħodx fil-laqgħat taż-żeblieħa;

2imma fil-liġi tal-Mulej hi l-għaxqa tiegħu,

lejl u nhar jaħseb fil-liġi tiegħu.

3Hu bħal siġra mħawla ħdejn nixxigħat tal-ilma

li tagħmel il-frott fi żmienha,

u l-weraq tagħha ma jidbielx;

hu jirnexxi f’kulma jagħmel.

4Mhux hekk il-ħżiena, mhux hekk;

iżda huma bħal tibna li jtajjarha r-riħ.

5Għalhekk il-ħżiena ma jifilħux għall-ħaqq,

ma joqogħdux il-ħatja fil-ġemgħat tat-tajbin.

6Għax triq it-tajbin il-Mulej jafha;

imma triq il-ħżiena tintemm fix-xejn.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help