1Kien hemm raġel mill-muntanji ta’ Efrajm li kien jismu Mika.
2U qal lil ommu: “Dawk l-elf u mitt xekel tal-fidda li kienu ħadulek u li int bdejt tisħet li nisimgħek, hawn huma għandi. Kont ħadthom jien; se rroddhomlok.” U ommu wieġbet: “Imbierek int, ibni, mill-Mulej.”
3U radd l-elf u mitt xekel lil ommu. U ommu qalet: “Irrid nikkonsagra dawn flusi lill-Mulej, biex issir xbieha mdewba għal ibni.”
4Malli radd il-flus lil ommu, din ħadet mitejn xekel, tathom lill-arġentier li minnhom għamel xbieha mdewba, u qegħduha f’dar Mika;
5u hekk dan ir-raġel Mika kellu santwarju f’daru; għamel efod u terafim, u kkonsagra ’l wieħed minn uliedu, u sarlu qassis.
7Kien hemm żagħżugħ minn Betlehem ta’ Ġuda, mit-tribù ta’ Ġuda, li kien Levita, li kien frustier hemmhekk.
8Dan ir-raġel telaq mill-belt ta’ Betlehem ta’ Ġuda biex ifittex fejn joqgħod bħala frustier. Hu u għaddej mill-muntanji ta’ Efrajm sab ruħu ħdejn id-dar ta’ Mika.Eż 12,48.
9U Mika qallu: “Mnejn ġej?” U hu wieġbu: “Jien Levita minn Betlehem ta’ Ġuda, u qiegħed infittex fejn noqgħod.”
10U Mika qallu: “Oqgħod miegħi, u kun għalija missier u qassis; u jien nagħtik għaxar bċejjeċ tal-fidda fis-sena, tagħmira ħwejjeġ u ikel biex tgħix.”Mħ 18,19.
11Il-Levita aċċetta li joqgħod miegħu, u ż-żagħżugħ kien għalih bħal wieħed minn uliedu.
12U Mika kkonsagra lil-Levita, u ż-żagħżugħ kien għalih qassis, u qagħad f’dar Mika.
13U Mika qal: “Issa naf li l-Mulej tani r-riżq, għax għandi qassis Levita miegħi.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.