14[1] Din hi kopja tad-digriet: “Assweru, is-sultan il-kbir, lill-gvernaturi tal-mija u sebgħa u għoxrin provinċja, mill-Indja sal-Etjopja, u lill-uffiċjali ta’ taħthom, jikteb dan li ġej:
15[2] “Jiena, imperatur ta’ ħafna popli u padrun tad-dinja kollha, irrid - bla ma nitkabbar bis-setgħa tiegħi, imma dejjem bi gvern moderat u ġust - niżgura lis-sudditi tiegħi ħajja bla inkwiet, u filwaqt li niżgura l-kwiet fl-imperu u kulħadd ikun jista’ jivvjaġġa minn tarf għal ieħor, niżgura s-sliem li l-bnedmin kollha jixtiequ.
16[3] “Jien stħarriġt lill-kunsillieri tiegħi kif jista’ jseħħ dan. Weġibni Ħaman - bniedem li jgħaddi ’l kulħadd fostna għal għerfu, li qatt ma jbiddel il-fehma tiegħu, kif jaf kulħadd, u msemmi għall-fedeltà tiegħu, it-tieni fil-ġieħ fis-saltna tagħna -
18[5] “Billi fhimna li dan il-poplu biss baqa’ u għadu dejjem kontra l-bnedmin kollha, billi jgħix ħajja għalih waħdu skont liġijiet strambi u għandu f’qalbu sentimenti kontra l-interessi tagħna, u jagħmel mill-agħar kemm jista’ biex ifixkel is-saħħa tal-imperu;
19[6] “Aħna għalhekk nordnaw li dawk kollha li ssibuhom imniżżla fl-ittra ta’ Ħaman - it-tieni missier tagħna u l-inkarigat mill-gvern tal-imperu - ilkoll kemm huma, bin-nisa u t-tfal b’kollox, bla ħniena u bla ħasra, jeqirduhom bix-xabla l-għedewwa tagħhom, fl-erbatax ta’ Adar, it-tnax-il xahar ta’ din is-sena,Ġen 45,8; Est 3,13; 7,3-4.
20[7] hekk f’jum wieħed l-għedewwa tal-bieraħ u tal-lum jinżlu fid-dlam tal-abbissi, u l-imperu tagħna jkun fis-sod u bla tfixkil ta’ xejn għal li ġej.”
Kapitlu 3Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.