1Oraklu fuq Wied il-Viżjoni:
“Xi ġralek issa biex tlajt kollok kemm int fuq il-bjut?
2Int li kont mimlija għajjat u għagħa, belt ferrieħa?
Il-maqtulin tiegħek ma nqatlux bix-xabla,
lanqas mietu fil-battalja.
3Il-kapijiet tiegħek ħarbu lkoll f’daqqa,
ħarbu ’l bogħod.
Il-qalbiena tiegħek inqabdu lkoll f’salt,
bla mank ġibdu l-qaws inqabdu lsiera.
4Għalhekk għedt:
‘Warrbu ħarstkom minni,
ħa nibki bl-imrar li għandi;
tfittxux li tfarrġuni għall-qerda
ta’ bint il-poplu tiegħi.’
5Għax jum ta’ biża’, qerda u taħwid
għandu lest Sidi l-Mulej tal-eżerċti.
F’Wied il-Viżjoni tiġrif ta’ swar,
u għajjat tiela’ lejn l-għolja;
6u Għelam qabad il-barżakka,
u Aram rikeb iż-żiemel,
u Kir ħejja t-tarka.
7L-isbaħ fost widienek mimlija karrijiet,
u rikkieba mqassma biswit il-bieb.
8U hekk l-ilqugħ ta’ Ġuda tneħħa.
Dakinhar mortu taraw it-tagħmir tal-gwerra
f’Dar il-Foresta,
13Imma, araw, intom tajtuha għall-għors u t-tbahrid,
qtiltu l-baqar u biċċirtu n-nagħaġ,
u kiltu l-laħam u xrobtu l-inbid:
‘Nieklu u nixorbu, għax għada mmutu.’, li jagħmel mill-palazz, u għidlu:
16“X’għandek hawn, u ’l min għandek hawn, biex qiegħed tibni qabar għalik,
bħal min iħaffer għalih qabar fl-għoli u jaqta’ għamara għalih fil-blat?
17Ara l-Mulej sa jwaddbek mal-art,
ja bniedem setgħan!
U jaqbdek qabda sewwa.
18U jagħmlek kobba u jwaddbek ’il bogħod,
bħal ballun f’medda kbira ta’ art.
Hemm issib mewtek bil-karrijiet tal-glorja tiegħek,
ja għajb ta’ dar sidek!
19Inwarrbek minn postok,
u nneħħik minn fejn qiegħed.
20Dakinhar insejjaħ lill-qaddej tiegħi
Eljakim bin Ħilkija,
21inlibbsu l-libsa tiegħek,
u nħażżmu bit-terħa tiegħek,
u nagħtih f’idejh il-ħakma tiegħek.
U jkun missier għal min jgħammar f’Ġerusalemm,
u għad-dar ta’ Ġuda.
22Inqiegħed muftieħ dar David fuq spallejh.
Jiftaħ hu, u ħadd ma jagħlaq;
jagħlaq hu, u ħadd ma jiftaħ.
23U nwaħħlu bħal musmar ma’ ħajt fis-sod,
u jkun tron glorjuż għal dar missieru.
24U jdendlu miegħu l-glorja kollha
ta’ dar missieru, il-friegħi u r-rimi,
it-tagħmir ċkejken, mill-bwieqi sal-ġarar.
25Dakinhar, oraklu tal-Mulej tal-eżerċti,
iċedi l-musmar li kien imwaħħal fis-sod, u
titkisser, taqa’ u titfarrak it-tagħbija mdendla
miegħu, għax il-Mulej tkellem!’ ”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.