1Aħna għarrafnielkom, l-aħwa, il-grazzja ta’ Alla li ngħatat lill-knejjes tal-Maċedonja, ta’ għajnuna lill-qaddisin,
8M’iniex nordnalkom; iżda permezz tal-ħerqa li wera ħaddieħor, irrid nipprova kemm hi sinċiera l-imħabba tagħkom.
9Intom tafu l-grazzja ta’ Sidna Ġesù Kristu, li għad li kien għani, ftaqar minħabba fikom, sabiex intom tistagħnu permezz tal-faqar tiegħu.
u min ġabar ftit ma baqax bin-nieqes.” Titu u sħabu
16Ħajr lil Alla li nissel l-istess ħerqa f’qalb Titu għalikom.
17Għaliex mhux biss laqa’ t-talba tagħna, iżda minn qalbu ġej għandkom minħabba ż-żelu li għandu għalikom.
18Miegħu qegħdin nibagħtu wkoll lil ħuna li l-knejjes kollha jfaħħru minħabba x-xogħol tiegħu fix-xandir tal-Evanġelju.
19Mhux biss dan, imma kien ukoll magħżul mill-knejjes biex ikun is-sieħeb magħna fis-safar tagħna f’dan il-ministeru ta’ karità għall-glorja ta’ Alla u xhieda tar-rieda tajba tagħna.
20Għax qegħdin attenti li ħadd ma jkollu xi jgħid fina minħabba l-mod li bih sa nħaddmu din il-ġabra kbira.
21Aħna nfittxu s-sewwa mhux biss quddiem Alla iżda wkoll quddiem il-bnedmin.
22Qegħdin nibagħtu magħhom lil ħuna, li l-ħeġġa tiegħu ppruvajnieha kemm-il darba b’ħafna manjieri u sibnieh dejjem mimli ħeġġa, iżda issa mħeġġeġ aktar minħabba l-fiduċja kbira li għandu fikom.
23Dwar Titu, imbagħad, ngħid biss li huwa sieħbi u ħaddiem miegħi għalikom; u fl-aħħar dwar ħutna, dawn huma l-messaġġiera tal-knejjes, u l-glorja ta’ Kristu.
24Agħtuhom mela, xhieda ta’ mħabbitkom quddiem il-knejjes u tal-verità tal-ftaħir tagħna bikom.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.