1Il-ġlied bejn dar Sawl u dar David dam sejjer żmien twil. David baqa’ jissaħħaħ dejjem, u dar Sawl baqgħet sejra dejjem għall-agħar.
2U ’l David tweldulu dawn is-subien f’Ħebron: Amnon, il-kbir tiegħu, minn Aħinogħam il-Ġeżragħelija;
14U David bagħat messaġġiera għand Isboset bin Sawl, jgħidulu: “Agħtini ’l marti Mikal li jiena kont tgħarrast magħha bil-prezz ta’ mitt ħliefa tal-Filistin.”
15U Isboset ħadha mingħand żewġha, Paltijel bin Lajs, u bagħatha lil David.
28Imbagħad sama’ David b’dan u qal: “Bla ħtija jien u saltnati mid-demm ta’ Abner bin Ner quddiem il-Mulej għal dejjem.
29Jalla jaqa’ dan id-demm fuq Ġowab u d-dar kollha ta’ missieru! Jalla ma jonqos qatt minn daru l-mard bl-inxija tad-demm jew bil-ġdiem, min jistrieħ fuq il-ħatar, min imut bix-xabla, jew jittallab il-ħobż.”
30Ġowab u ħuh Abisaj qatlu lil Abner, talli kien qatel lil ħuhom Għaxajel f’Gibgħon waqt it-taqtigħa.
31U David qal lil Ġowab u lin-nies li kienu miegħu: “ċarrtu lbieskom, u ilbsu x-xkejjer, u ixhru għal Abner.” U s-sultan David mexa wara t-tebut.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.