1Imbagħad dort biex nara l-moħqrijiet kollha li jsiru taħt ix-xemx. Rajt il-maħqurin jibku bla ma għandhom min ifarraġhom; rajt il-qawwa li biha jaħqruhom u li ma hemmx min ifarraġhom.
4Rajt ukoll li t-taħbit kollu u l-ħerqa għax-xogħol mhumiex ħlief għira ta’ wieħed għal ieħor. Dan ukoll frugħa u ġiri wara r-riħ.
5L-iblah jorbot idejh u jherri ġismu.
6Aħjar id waħda mimlija u fil-mistrieħ,
milli tnejn imfawra u fit-taħbit,
u l-ġiri wara r-riħ.
7Erġajt ħarist u rajt frugħa oħra taħt ix-xemx:
8wieħed waħdu, bla tfal u bla aħwa, u b’danakollu qatt ma jehda mit-taħbit u lanqas ma jixbgħu għajnejh bil-għana. U ma jiġihx li jistaqsi: “Għal min qiegħed nitħabat u niċċaħħad mill-ġid?” Mhuwiex ukoll frugħa dan, u xogħol bla fejda?
9Tnejn min-nies aħjar minn wieħed waħdu, għax fejda akbar ikollu xogħolhom. hi ħaġa aqwa mill-offerta tas-sagrifiċċju tal-boloh, li anqas biss jafu x’qegħdin jagħmlu ħażin.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.