1U ġiet il-kelma tal-Mulej għat-tieni darba lil Ġeremija, meta kien għadu magħluq fil-bitħa tal-għassa u qallu:
2“Dan jgħid il-Mulej, li għamel l-art, sawwarha u wettaqha, Jaħweh ismu:
3‘Sejjaħli u jien inwieġbek u ngħidlek bi ħwejjeġ kbar, ħwejjeġ mistura li int ma toħlomhomx.’
4“Għax dan jgħid il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, dwar id-djar ta’ din il-belt u d-djar tas-sultan ta’ Ġuda mġarrfin minħabba l-assedju u x-xabla.
6“Arawni, jien se nagħlqilhom il-ġerħa; indewwihom u nfejjaqhom, u nurihom il-kotra tas-sliem sħiħ għal dejjem.
12“Dan jgħid il-Mulej tal-eżerċti: Għad ikun hawn f’dan il-post, imħarbat, bla nies u bla bhejjem, u fl-ibliet kollha tiegħu, mergħat fejn ir-rgħajja jserrħu l-imrieħel tagħhom.
13Fl-ibliet kollha tal-muntanji, fl-ibliet tas-Sefela, fl-ibliet tan-Negeb, fl-art ta’ Benjamin u fl-inħawi ta’ madwar Ġerusalemm, fl-ibliet ta’ Ġuda, għad jgħaddu l-imrieħel minn taħt idejn min jgħoddhom, jgħid il-Mulej.”
Restawrazzjoni tal-monarkija14“Ara, għad jiġu jiem, oraklu tal-Mulej, meta nġib fuq dar Iżrael u dar Ġuda l-ġid li wegħedthom.
15F’dawk il-jiem u f’dak iż-żmien intalla’ min-nisel ta’ David rimja tas-sewwa, bniedem li jagħmel il-ġustizzja u s-sewwa fil-pajjiż.
19U ġiet il-kelma tal-Mulej lil Ġeremija u qallu:
20“Dan jgħid il-Mulej: Jistax jinkiser il-patt tiegħi mal-jum u l-patt tiegħi mal-lejl, b’mod li ma jkunx hemm jum jew lejl f’waqthom?
23U ġiet il-kelma tal-Mulej lil Ġeremija u qallu:
24“Ma rajtx x’inhu jgħid dan il-poplu: ‘Il-Mulej warrab iż-żewġ tribujiet li kien għażel?’ Hekk qegħdin imaqdru l-poplu tiegħi u ma jqisuhx aktar nazzjon f’għajnejhom.
25“Dan jgħid il-Mulej: ‘Irid ma jkunx hemm aktar patt bejni u bejn il-jum u l-lejl, irid ma nżommx il-liġijiet tas-sema u l-art,Ġer 31,36-37; 32,44.
26biex tassew inwarrab nisel Ġakobb u David il-qaddej tiegħi u ma nagħżilx aktar min-nisel tiegħu nies li jsaltnu fuq nisel Abraham, Iżakk u Ġakobb. Għax jien għad inbiddlilhom xortihom u nħenn għalihom.’ ”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.