MARK 13 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 13Ġesù jħabbar it-tiġrif tat-tempju(Mt 24,1-3; Lq 21,5-7)

1Hu u ħiereġ mit-tempju, wieħed mid-dixxipli tiegħu qallu: “Ara, Mgħallem, x’ġebel dan, x’bini!”

2Qallu Ġesù: “Qiegħed tarah dan il-bini kollu? Ma tibqax ġebla fuq oħra, li ma tiġġarrafx.”Il-bidu tat-tbatijiet(Mt 24,3-14; Lq 21,7-19)

3Kif kien qiegħed fuq l-Għolja taż-Żebbuġ, biswit it-tempju, Pietru, Ġakbu, Ġwanni u Indrì resqu jistaqsuh għalihom waħedhom:

4“Għidilna dan meta għad jiġri u x’se jkun is-sinjal li dan kollu jkun wasal!”

5Beda mbagħad Ġesù jgħidilhom: “Araw li ħadd ma jqarraq bikom.

6Għad jiġu ħafna f’ismi u jgħidu, ‘Jien hu’, u jqarrqu b’ħafna nies.

9Oqogħdu attenti! Għad jagħtukom f’idejn il-qrati, isawtukom fis-sinagogi, u titilgħu quddiem gvernaturi u slaten minħabba fija, biex tagħtu xhieda quddiemhom.L-hemm il-kbir(Mt 24,15-25; Lq 21,20-24)

14“Meta mbagħad taraw il-profanazzjoni u l-ħerba fit-tempju fejn ma għandhiex tkun - ħa jifhem min jaqra! - ħa jaħarbu mbagħad lejn l-għoljiet dawk li jkunu fil-Lhudija; u profeti foloz, u jibdew jagħmlu sinjali, u għeġubijiet biex iqarrqu, jekk jista’ jkun, mqar bil-maħturin.

il-qamar jitlef id-dija tiegħu,

25 il-kwiekeb jibdew jaqgħu mis-sema,

u l-qawwiet tas-smewwiet jitqallbu.

26Imbagħad jaraw lil Bin il-bniedem ġej fis-sħab b’qawwa kbira u bi glorja.Tagħlima mis-siġra tat-tin(Mt 24,32-36; Lq 21,29-33)

28“Mis-siġra tat-tin tgħallmu din il-parabbola. Meta l-fergħa tagħha tirtab u tarmi l-weraq, intom tintebħu li s-sajf fil-qrib.Ħadd ma jaf il-jum u s-siegħa(Mt 24,36-44)

33“Kunu għajnejkom miftuħa, ishru, għax ma tafux meta se jasal il-waqt.Mt 25,13.

34Jiġri bħal meta bniedem ikun siefer u telaq mid-dar, iħalli kollox f’idejn il-qaddejja tiegħu, kull wieħed fuq xogħlu, u lil tal-bieb jordnalu biex jibqa’ jishar.

35Mela ishru, għax ma tafux meta jiġi Sid id-dar, jekk hux filgħaxija, jew f’nofs il-lejl, jew xħin jidden is-serduk, jew inkella mas-sebħ,Lq 12,36-38.

36li ma jmurx jiġi għal għarrieda u jsibkom reqdin.

37U dak li qiegħed ngħid lilkom, qiegħed ngħidu għal kulħadd: ishru!”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help