APOKALISSI 20 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 20Is-Saltna ta’ elf sena

1U rajt nieżel mis-sema anġlu, bil-muftieħ tal-bir bla qiegħ u katina kbira f’idu.

2U huwa qabad id-Dragun, is-Serp tal-qedem, li hu d-Demonju u x-Xitan, u rabtu għal elf sena,

4U rajt tronijiet, u fuqhom qagħdu bilqiegħda xi wħud li lilhom ngħatat is-setgħa li jagħmlu l-ħaqq. Rajt ukoll l-erwieħ ta’ dawk li kienu qatgħulhom rashom minħabba fix-xhieda ta’ Ġesù u l-Kelma ta’ Alla, u lil dawk li ma kinux inxteħtu jagħtu qima lill-Bhima u lix-xbieha tagħha, u li ma ħadux il-marka fuq ġbinhom u fuq idhom. U dawn bdew jgħixu u jsaltnu ma’ Kristu għal elf sena.Ir-rebħa fuq ix-Xitan

7U meta jintemmu l-elf sena, ix-Xitan jinħall mill-ħabs tiegħu,

8u joħroġ iqarraq bil-ġnus li jinsabu fl-erba’ rkejjen tal-art, jiġifieri Gog u Magog, u jiġborhom għall-gwerra f’kotra kbira daqs ir-ramel tal-baħar.Il-Ġudizzju mit-tron kbir abjad

11Rajt imbagħad tron kbir abjad u ’l dak li hu bilqiegħda fuqu. L-art u s-sema ħarbu minn quddiemu, bla ma nstab post għalihom.

13Il-baħar radd lura l-mejtin li kien hemm ġo fih, u hekk ukoll il-Mewt u l-Qiegħ tal-art raddew lura l-mejtin li kien hemm ġo fihom, u kull wieħed minnhom sar ħaqq minnu fuq l-għemejjel tiegħu.

14Imbagħad il-Mewt u Post il-Mejtin ġew mixħuta fil-belliegħa tan-nar - din l-għadira tan-nar hija t-tieni mewt.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help