1Il-kelma li waslet lil Ġeremija mingħand il-Mulej meta s-sultan Sedekija bagħatlu lil Pasħur bin Malkija, u ’l Sefanija bin Magħxija l-qassis, jitolbuh:
2‘Stħarreġ il-Mulej għalina, għax Nabukodonosor sar sultan ta’ Babilonja, ħabat għalina; għandu mnejn il-Mulej iġib ruħu magħna skont l-għemejjel tiegħu tal-għaġeb u dan jitbiegħed minna.”
3U Ġeremija weġibhom: ‘Dan għandkom tgħidu lil Sedekija:
4“Dan jgħid il-Mulej, Alla ta’ Iżrael: Arawni, sa ndawwar l-armi li għandkom f’idejkom, li bihom qegħdin titqabdu mas-sultan ta’ Babilonja, u l-Kaldin li qegħdin jassedjawkom minn barra s-swar, u niġborhom f’nofs din il-belt.
8“U lil dan il-poplu għandek tgħidlu: ‘Dan jgħid il-Mulej: Arawni, se nqiegħed quddiemkom it-triq tal-ħajja u t-triq tal-mewt. u dan jagħtiha n-nar u jaħraqha.’
11U lid-dar tas-sultan ta’ Ġuda għidilha:
“Isimgħu l-kelma tal-Mulej,
12dar David, dan jgħid il-Mulej:
Agħmlu ħaqq sa minn filgħodu,
eħilsu l-maħqur minn id min jgħakksu,
li ma tikbisx qillti bħan-nar,
u tibqa’ tħeġġeġ bla ma ħadd jitfiha,
minħabba l-ħażen ta’ għemilkom.
13Arani kontrik, int li tgħammar fil-wied,
blata tal-wita, oraklu tal-Mulej.
Intom li tgħidu: ‘Min qatt se jinżel għalina,
u min qatt se jidħol ġo djarna?’
14U jien inħallaskom
skont il-frott ta’ għemilkom,
oraklu tal-Mulej,
u nkebbes in-nar fil-masġar tagħha,
u jibla’ l-inħawi kollha ta’ madwarha!
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.