1Meta Apollu kien Korintu, Pawlu għadda mill-inħawi ta’ fuq u wasal Efesu, fejn sab xi dixxipli
2u staqsiehom: “Ħadtu intom l-Ispirtu s-Santu meta emmintu?” Iżda huma weġbuh: “Le, anqas biss smajna li hemm l-Ispirtu s-Santu!”. Lhud iduru ma’ dawk l-inħawi, u bdew isejħu l-isem tal-Mulej Ġesù fuq dawk li kellhom l-ispirti ħżiena u jgħidulhom: “Niskunġrak b’dak Ġesù li jxandar Pawlu.”.
19U bosta minn dawk li qabel kienu jagħmlu s-sħarijiet ġiebu l-kotba tagħhom u ħarquhom quddiem kulħadd. Meta għamlu l-istima tagħhom, sabu li kienu jiswew ħamsin elf biċċa tal-fidda.
20Hekk il-kelma tal-Mulej baqgħet tikber u tissaħħaħ bil-qawwa kollha.Irvell f’Efesu
21Wara li seħħ dan kollu, Pawlu għamel il-ħsieb li jmur il-Maċedonja u l-Akaja biex minn hemm jibqa’ sejjer Ġerusalemm. Qal ukoll: “Wara li mmur hemm, jeħtieġ nara Ruma wkoll.”, u, bis-saħħa tiegħu, in-nies tas-sengħa kienu jaqilgħu ħafna flus., ħbieb tiegħu, bagħtu jgħidulu huma wkoll biex ma jissugrax jidħol fl-anfitijatru.
32Ġewwa fost il-ġemgħa kien hemm storbju sħiħ; min kien jgħajjat ħaġa u min oħra, u l-biċċa l-kbira anqas biss kienu jafu għalfejn inġabru hemm.
33Il-Lhud tefgħu lil Alessandru ’l quddiem, u xi wħud mill-folla fehmuh x’kienet il-kwistjoni. Alessandru għamel sinjal b’idu biex juri li ried jagħmel difiża quddiem il-poplu.Atti 12,17; 13,16; 21,40.
34Imma kif intebħu li kien Lhudi qabdu jgħajtu lkoll b’leħen wieħed, u baqgħu sejrin jgħajtu għal madwar sagħtejn sħaħ: “Kbira Artemi tal-Efesin!”
35Imbagħad uffiċjal pubbliku rnexxielu jsikket il-folla u qalilhom: “Nies ta’ Efesu, min hu dak li ma jafx li Efesu hija l-belt li tħares it-tempju ta’ Artemi l-kbira u tax-xbieha tagħha li waqgħet mis-sema?
36Dan ħadd ma jista’ jmerih! Mela għandkom toqogħdu bi kwietkom u ma tagħmlu xejn bl-għaġla.
37Intom ġibtu hawn lil dawn l-irġiel, li ebda sagrileġġ ma għamlu, u anqas dgħaw kontra din l-alla tagħna.
38Mela jekk Demetriju u sħabu tas-sengħa tiegħu għandhom xi jgħidu kontra xi ħadd, hemm il-qrati u l-imħallfin; ħa jmorru jixlu ’l xulxin quddiemhom.
39Jekk imbagħad għandkom xi kwistjoni oħra, ħalluha tkun deċiża fil-laqgħa tas-soltu.
40Għax fuq dak li ġara llum, hemm il-periklu li jgħodduna b’ħatja ta’ dan l-irvell, u ma hemm ebda skuża li nistgħu nġibu għal irvell bħal dan.”
41Xħin temm jgħid dan, bagħat lil kulħadd ’il barra.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.