ISAIJA 15 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 15L-oraklu fuq Mowab

1L-oraklu kontra Mowab:

“F’lejl wieħed tħarbtet, Għar-mowab inqerdet;

f’lejl wieħed tħarbtet, Kir-mowab inqerdet.

2Telgħet bint Dibon, tibki fuq l-għoljiet

għal Nebo u Medeba, jixher Mowab.

Kull ras imqarwża, kull leħja mqaxxra!

3Fi triqtu lebsin l-ixkejjer,

u fuq bjutu jnewħu,

fil-pjazez tiegħu jixhru bid-dmugħ iġelben!

4U jwerżaq Ħesbon u Elgħali,

għajjathom jinstama’ sa minn Ġaħas.

Għalhekk ġenbejn Mowab jitriegħdu,

u jitħawwad f’ruħu.

5Qalbi tgħajjat għal Mowab;

il-maħrubin tiegħu jiġru lejn Sogħar,

lejn Għeglat-selisija.

Iva, it-telgħa ta’ Luħit jitilgħuha jibku;

iva, fi triq Ħoronajm, jgħajtu għajjat ta’ qsim il-qalb.

6Għax l-ilmijiet ta’ Nimrim saru ħerba,

nixef il-ħaxix, għab l-inbiet,

m’hemm ebda ħdura.

7Għalhekk kulma kisbu, u kulma ħażnu,

għal Wied il-Luq ġarrewh.

8Għax it-twerżiq ġera madwar truf Mowab,

sa Eglajm jidwi x-xhir tagħha,

u l-għajjat sa Bir-elim.

9L-ilmijiet ta’ Dimon mimlija demm,

u għad nissokta nżid kontra Dimon,

l-iljuni għall-maħrubin minn Mowab,

u għal min jibqa’ fil-pajjiż.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help