ĠOB 7 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 7Ġob jipprotesta quddiem Alla

1“Ħajjet il-bniedem mhix forsi

xogħol bilfors fuq l-art?

u għomru mhux bħal jiem il-ħaddiem mikri?

2Bħalma lsir jixxennaq għad-dell,

u bħalma l-mikri jistenna l-ħlas,

3hekk xhur fiergħa kienu sehmi,

u ljieli dwejjaq messew lili.

4Jekk nimtedd, ngħid: “Meta se nqum?”

u meta nqum, ngħid: “Meta se jidlam?”

u hekk nixba’ nhewden sa ma jidlam.

5Laħmi ddewwed u mtela qxur,

ġildi nqasmet u tnixxi l-marċa.

6Eħfef minn mekkuk għaddew jiemi,

u bla tama ntemmu.

7Ftakar li ħajti buffura riħ,

u għajnejja ma jerġgħux jaraw ir-risq.

8L-għajn li kienet tarani ma tilmaħnix iżjed,

int twaħħal għajnejk fuqi u jien nispiċċa.

9Bħalma ddub sħaba u ma tidhirx aktar,

hekk min jinżel fil-qabar ma jerġax jitla’;

10qatt iżjed ma jerġa’ lejn daru,

u daru ma tafux aktar.

11Għalhekk m’iniex se nżomm fommi sieket,

irrid niżfoga mid-diqa ta’ ruħi,

ninfexx fit-tgemgim fl-imrar ta’ ħajti.

12Jaqaw jien il-baħar jew il-mostru tal-qiegħ,

biex int tqiegħed għassa fuqi?

13Jekk ngħid: ‘Issa jserraħni friexi,

is-sodda tnaqqasli l-krib tiegħi,’

14hemm int bil-ħolm tiġi taqtagħni

u twaħħaxni bil-fantażmi.

15Għalhekk jagħżel it-tagħliq għonqi,

nippreferi l-mewt għal għadmi.

16M’iniex se ngħix għal dejjem,

ħallini, mela, għax jiemi buffura riħ.

17X’inhu l-bniedem biex int tagħti daqshekk kasu,

twaqqaf ħsiebek fuqu,

18iżżuru kull filgħodu,

u toqgħod tiflih kull waqt?

19Se twarrab ħarstek minn fuqi,

għallinqas sakemm nibla’ r-riq tiegħi?

20Jekk jiena dnibt, x’għamiltlek lilek,

int li tgħarrex b’għajn miftuħa fuq il-bniedem?

L-għala ħadtni b’mira tad-daqqiet tiegħek,

l-għala jien ta’ piż għalik?

21Ma tistax tagħder in-nuqqas tiegħi

u tħalli għaddejja l-ħtija tiegħi?

Għax jien ma ndumx ma nkun mimdud taħt l-art;

Int tfittixni u jiena ma nkunx iżjed.”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help