1“Meta toħroġ għall-ġlied kontra l-għedewwa tiegħek, u tara żwiemel u karrijiet, kotra ta’ nies ħafna aktar minnek, tibżax minnhom għax ikun miegħek il-Mulej, Alla tiegħek, li ħarġek mill-Eġittu.
5“Imbagħad jitkellmu l-fizzjali u jgħidu lill-poplu: ‘Hemm xi ħadd li għadu kif bena xi dar ġdida u għadu ma żanżanhiex? Ħa jitlaq u jmur lura lejn daru li ma jmutx fit-taqbida, u jżanżanha ħaddieħor.1 Mak 3,56.
6Hemm xi ħadd li ħawwel xi qasam dwieli u għadu ma ħa xejn minnu? Ħa jitlaq u jerġa’ lura lejn daru, li ma jmutx fit-taqbida u jieħu l-frott ħaddieħor.
7Hemm xi ħadd li tgħarras xi mara u għadu ma żżewwiġhiex? Ħa jitlaq u jerġa’ lura lejn daru, li ma jmutx fit-taqbida u jiżżewwiġha ħaddieħor.’Dt 24,5.
8U l-fizzjali jissuktaw ikellmu lill-poplu u jgħidulhom: ‘Hemm xi ħadd li jibża’ u jaqta’ qalbu? Ħa jitlaq u jerġa’ lura lejn daru, li ma jaqtax qalb ħutu, bħalma qata’ qalbu hu.’Mħ 7,3.
9Malli l-fizzjali jtemmu kliemhom lill-poplu, jintgħażlu l-kmandanti tal-eżerċtu biex imexxu l-poplu.
10“Meta toqrob lejn xi belt biex taħbat għaliha, l-ewwel stedinha għall-paċi.Dt 7,1-5.
11Jekk tilqa’ l-offerta tal-paċi u jiftħulek, in-nies kollha li jkunu fiha jaqgħu lsiera tiegħek u jservuk.
12Jekk imbagħad ma jilqgħux l-offerta tal-paċi u jitqabdu miegħek, agħlaqha dawramejt,
13u l-Mulej, Alla tiegħek, jerħiha f’idejk, u oqtol l-irġiel kollha bil-ponta tax-xabla.Num 31,7; Ġoż 22,8.
14Ħalli ħajja biss in-nisa, it-tfal, il-bhejjem u kulma jkun hemm fil-belt; dawn kollha teħodhom priża għalik; tiekol il-priża tal-għadu tiegħek, li jkun reħa f’idejk il-Mulej, Alla tiegħek.
15Hekk għandek tagħmel mal-ibliet li huma ’l bogħod ħafna minnek, li mhumiex mill-ibliet ta’ dawn il-ġnus ta’ hawnhekk.
16“Imma fl-ibliet ta’ dawn il-ġnus, li l-Mulej, Alla tiegħek, se jerħi f’idejk biex tirithom, tħalli ebda ruħ ħajja.Dt 7,1-2; Ġoż 10,40; 11,14.
17Eqridhom għalkollox - il-Ħittin u l-Amurrin, il-Kangħanin u l-Periżżin, il-Ħiwwin u l-Ġebusin - bħalma ordnalek il-Mulej, Alla tiegħek,
18li ma jgħallmukomx tagħmlu l-qżiżijiet kollha tagħhom li huma għamlu quddiem l-allat tagħhom, u tidinbu kontra l-Mulej, Alla tagħkom.
19“Jekk intom taħbtu għal xi belt, u ddawruha għal żmien twil biex tegħlibha u teħodha, tmiddx għal fuqhom il-fies u tħarbatx is-siġar; tista’ tiekol minnhom iżda tqaċċathomx. Jaqaw is-siġar tar-raba’ huma bnedmin biex int iddur għalihom?
20Imma s-siġar li inti taf li ma jiswewx għall-ikel tista’ tħarbat u tqaċċat, u tagħmel minnhom għodod tal-gwerra għal fuq il-belt, li tkun tiġġieled miegħek, sakemm ma ċċedix.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.