ĠWANNI 19 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 19

1Imbagħad Pilatu ordna li jieħdu lil Ġesù u jagħtuh is-swat.

2Is-suldati nisġu kuruna tax-xewk u qegħduhielu fuq rasu, u libbsuh mantar aħmar skur.

8Meta sama’ dan, Pilatu aktar baża’.

9Raġa’ daħal fil-Pretorju u qal lil Ġesù: “Int mnejn int?” Imma Ġesù ma wieġbu xejn., għax kull min jagħmel lilu nnifsu sultan ikun qiegħed jeħodha kontra Ċesari.”

13Meta semagħhom jgħidu dan, Pilatu ġieb lil Ġesù barra u qiegħdu fuq sedja għolja, fil-post imsejjaħ Litòstrotos, bil-Lhudi Gabbatà.

14Kien Jum it-Tħejjija tal-Għid, għall-ħabta tas-sitt siegħa. Pilatu qal lil-Lhud: “Arawh is-sultan tagħkom!”

15Dawk infexxew jgħajtu: “Għall-mewt! Għall-mewt! Sallbu!” Pilatu qalilhom: “Jien se nsallab lis-sultan tagħkom?” Imma l-qassisin il-kbar weġbuh: “Aħna ma għandniex sultan ħlief lil Ċesari!”

16Fl-aħħar tahulhom f’idejhom biex isallbuh.

Ġesù msallab(Mt 27,32-44; Mk 15,21-32; Lq 23,26-43)

U huma ħadu lil Ġesù.

17Ġesù rafa’ s-salib u ħareġ lejn il-post imsejjaħ ‘il-Qorriegħa’, bil-Lhudi Golgota.

18Hemm huma sallbuh ma’ tnejn oħra, wieħed kull naħa, u Ġesù fin-nofs.

19Pilatu għamel kitba u waħħalha fuq is-salib; fiha kien hemm miktub, “Ġesù ta’ Nazaret, is-sultan tal-Lhud.”

20Din il-kitba qrawha ħafna Lhud, għax il-post fejn sallbu lil Ġesù kien qrib il-belt, u l-kitba kienet bil-Lhudi, bil-Latin u bil-Grieg.

21Għalhekk il-qassisin il-kbar tal-Lhud marru jgħidu lil Pilatu: “Ma kienx imissek tikteb, ‘Is-sultan tal-Lhud,’ imma li ‘Dan qal: Jiena sultan tal-Lhud.’ ”

22Pilatu wieġeb: “Issa li ktibt ktibt!”

23Wara li sallbu lil Ġesù, is-suldati ħadu l-ilbies tiegħu u qassmuh f’erbgħa, sehem lil kull wieħed minnhom. U ħadu wkoll it-tunika; din kienet libsa bla ħjata, minsuġa biċċa waħda minn fuq s’isfel.

24Ftiehmu bejniethom u qalu: “Ma nqattgħuhiex, iżda nitfgħu x-xorti għaliha, u lil min tmiss jeħodha.” Dan ġara biex isseħħ l-Iskrittura li tgħid,

“Ħwejġi qasmu bejniethom,

u għall-ilbies tiegħi tefgħu x-xorti.”

U dan tabilħaqq għamluh is-suldati. bil-ħall, waħħluha ma’ qasba tal-issopu, u ressquhielu lejn ħalqu. biex jiksrulhom riġlejhom u jneħħu l-iġsma.

37U hemm ukoll kitba oħra fl-Iskrittura li tgħid,

‘Huma għad iħarsu lejn min nifdu.’ Id-difna ta’ Ġesù(Mt 27,57-61; Mk 15,42-47; Lq 23,50-56)

38Wara dan, Ġużeppi minn Arimatija, li kien dixxiplu ta’ Ġesù bil-moħbi għax kien jibża’ mil-Lhud, mar u talab lil Pilatu biex jieħu l-ġisem ta’ Ġesù. Pilatu ħallieh, u hu ġie u ħa l-ġisem tiegħu..Ġw 3,1-2; 7,50.

40Dawn it-tnejn ħadu l-ġisem ta’ Ġesù u kebbewh bil-faxex tal-għażel bil-fwejjaħ, kif soltu jagħmlu l-Lhud qabel id-difna.

41Fejn kienu sallbu lil Ġesù kien hemm ġnien, u f’dan il-ġnien kien hemm qabar ġdid li fih kienu għadhom ma difnu lil ħadd.

42Hemm qiegħdu lil Ġesù, għax kien Jum it-Tħejjija għal-Lhud, u għax il-qabar kien fil-qrib.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help