LHUD 1 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 1Alla tkellem permezz ta’ Ibnu

1Alla fl-imgħoddi kellem lil missirijietna ħafna drabi u b’ħafna manjieri permezz tal-profeti.

2Issa f’dan l-aħħar żmien, huwa kellimna permezz ta’ Ibnu, li hu għamlu werriet ta’ kollox, u li bih ukoll għamel il-ħolqien.L-Iben hu akbar mill-anġli

5 Għax lil min mill-anġli qatt qal Alla:

“Inti ibni, jiena llum nissiltek”?

Jew:

“Jiena nkun missieru, u hu jkun ibni”?

6Imbagħad, hu u jdaħħal ’l Ibnu l-Kbir fid-dinja, jgħid ukoll:

“Ħa jqimuh l-anġli kollha ta’ Alla.”

7 Għall-anġli tiegħu jgħid:

“L-anġli tiegħu jagħmilhom irjieħ,

lill-qaddejja tiegħu ilsna tan-nar.”

8 Imma għall-Iben jgħid:

“It-tron tiegħek, O Alla, għal dejjem ta’ dejjem,

ix-xettru tal-ġustizzja hu x-xettru ta’ saltnatek .

9 Ħabbejt is-sewwa u bgħadt il-ħażen;

għalhekk Alla, Alla tiegħek, dilkek

b’żejt ta’ ferħ aktar minn sħabek.”

10 U wkoll: “Int, Mulej, waqqaft l-art fil-bidu,

u għemil idejk huma s-smewwiet.

11 Huma jintemmu, iżda inti tibqa’;

huma lkoll bħal libsa jiqdiemu,

12 bħal mantar int tkebbibhom , bħal libsa huma jitbiddlu.

Imma int, li int tibqa’, u s-snin tiegħek qatt ma jintemmu”.

13 Lil min mill-anġli qatt qal:

“Oqgħod fuq il-lemin tiegħi,

sa ma nagħmel l-għedewwa tiegħek mirfes għal riġlejk”?

14M’humiex huma wkoll spirti qaddejja, mibgħutin biex jaqdu lil dawk li għandhom jiksbu s-salvazzjoni?

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help