SALMI 110 - Maltese Bible with DC

Salm 110Il-Messija, sultan u qassis rebbieħ

1Salm ta’ David.

Il-kelma tal-Mulej lil Sidi:

“Oqgħod fuq leminti,

sa ma nqiegħed l-għedewwa tiegħek

mirfes taħt riġlejk.”

2Ix-xettru tal-qawwa tiegħek jibgħat il-Mulej minn Sijon:

aħkem f’nofs l-għedewwa tiegħek.

3Tiegħek is-setgħa sa minn twelidek fuq l-għoljiet imqaddsa,

sa minn qabel is-sebħ bħan-nida jien nissiltek.

4Ħalef il-Mulej, u ma jisgħobx bih:

“Inti qassis għal dejjem bħal Melkisedek!”

5Sidi fuq lemintek,

jidrob is-slaten f’jum qilltu.

6Jagħmel ħaqq mill-ġnus,

kullimkien bil-mejtin jimtela;

ifarrak l-irjus fil-wesgħa tal-art.

7Mill-wied jixrob fi triqtu,

għalhekk jerfa’ ’l fuq rasu.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help