ĠEREMIJA 35 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 35Ir-Rekabin

1Il-kelma li ġiet lil Ġeremija mingħand il-Mulej fi żmien Ġeħojakim bin Ġosija, sultan ta’ Ġuda, u qallu:

2“Mur fid-dar tar-Rekabin, kellimhom u ġibhom f’dar il-Mulej f’waħda mill-kmamar, u isqihom l-inbid.’

3Jiena għalhekk ħadt lil Ġażanija bin Ġeremija, bin Ħabassinija, u ’l ħuh, u ’l uliedu kollha, u d-dar kollha tar-Rekabin,

4u daħħalthom fid-dar tal-Mulej fil-kamra ta’ wlied Ħanan bin Igdalija, bniedem ta’ Alla, li kien qrib il-kamra tal-prinċpijiet fuq il-kamra ta’ Magħxija bin Sallum, Għassies l-Għatba.

5U jien qegħedt quddiem il-familja tar-Rekabin tazzi u kwies mimlijin bl-inbid u għedtilhom: ‘Ixorbu l-inbid.”

6U huma qaluli: “Ma nixorbux inbid! Għax Ġeħonadab bin Rekab ordnalna u qalilna: La tixorbu qatt inbid, la intom u lanqas uliedkom.

14“Kliem Ġeħonadab bin Rekab seħħ, li bih ordna lil uliedu li ma jixorbux inbid; u huma ma xorbuhx sal-lum, għax qagħdu għall-ordni ta’ missierhom. U jiena kellimtkom fuq li kellimtkom bla heda, u intom ma smajtux minni.

16“Għax tassew żammew ulied Ġeħonadab bin Rekab, l-ordni li tahom missierhom, imma minni dan il-poplu ma semax.

17Għalhekk dan jgħid il-Mulej, Alla tal-eżerċti, Alla ta’ Iżrael: ‘Arawni, se nġib fuq Ġuda u fuq in-nies li jgħammru f’Ġerusalemm il-ħsara kollha li semmejtilhom għax jien kellimthom u huma ma semgħux, sejjaħtilhom u huma ma weġbux.’ ”

18U kellem Ġeremija lid-dar tar-Rekabin: “Dan jgħid il-Mulej tal-eżerċti, Alla ta’ Iżrael: ‘Talli intom obdejtu l-ordni ta’ Ġeħonadab missierkom, u ħaristu l-preċetti tiegħu, u għamiltu kollox skont ma ordnalkom,

19għalhekk dan jgħid il-Mulej tal-eżerċti, Alla ta’ Iżrael: Ma jonqos qatt li xi ħadd min-nisel ta’ Ġeħonadab bin Rekab ikun dejjem quddiemi.’ ”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help