KOĦÈLET Ħarsa ħafifa lejn il-ktieb - Maltese Bible with DC

Ħarsa ħafifa lejn il-ktiebFil-ktieb ta’ Koħèlet insibu tfittxija għal tifsira tal-ħajja. Isaqsi mistoqsijiet dwar x’jista’ jagħti hena u sodisfazzjon lill-bniedem. Mistoqsija oħra hi: x’inhu li jiswa fil-ħajja? Il-bidu hu pjuttost imdallam għax jagħti l-impressjoni li l-ħajja hi bla sens, ta’ dwejjaq u bħal ġirja wara x-xejn.Koħèlet jinvestiga aspett wara l-ieħor tal-ħajja biex ifittex skop li għalih wieħed jgħix. Il-konklużjoni hi li l-bniedem qatt ma jista’ jasal biex jifhem xi tfisser il-ħajja għax ħajtu hi qasira u mimlija inġustizzji. Dan jagħti bixra ta’ swied il-qalb lill-ktieb, imma fih insibu wkoll li hemm affarijiet li huma isbaħ minn oħrajn fil-ħajja tal-bniedem.Fit-tiftix tiegħu l-awtur skopra li hu ferm aħjar li l-bniedem ikun għaref milli jintilef fil-bluha. Barra minn hekk, Alla jrid li aħna ngawdu r-rigali tiegħu tax-xogħol, ikel, xorb, ħbiberija u żwieġ.L-aqwa għall-ħajja hu:Ħobb lil Alla u ħares il-kmandamenti tiegħu, għax f’dan jinġabar il-bniedem kollu. Għax Alla jġib għall-ħaqq tiegħu l-għemejjel kollha, sal-inqas ħaġa moħbija, sew tajba u sew ħażina (12,13-14).It-taqsim tal-ktiebIl-ħajja fiha skop? (1,1—2,26)Ħsibijiet dwar il-ħajja (3,1—11,8)Il-parir tal-aħħar (11,9—12,8)Ġabra fil-qosor (12,9-14)
Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help